Salmi 137:1-9

137  Ħdejn ix-​xmajjar taʼ Babilonja+—hemmhekk qgħadna bil-​qiegħda.+U bkejna wkoll meta ftakarna f’Sijon.+   Mas-siġar tal-​luq+ li kien hemm f’nofshaDendilna l-​arpi tagħna.+   Għax hemmhekk dawk li jassruna talbuna għanja,+U dawk li żebilħuna riduna nferrħuhom:+“Kantawlna waħda mill-​għanjiet taʼ Sijon.”+   Kif nistgħu nkantaw l-​għanja taʼ Ġeħova+F’art barranija?+   Kieku kelli ninsiek, O Ġerusalemm,+Ħa tinsa wkoll leminti l-​abbiltà tagħha.   Ħa jeħilli lsieni mas-​saqaf taʼ ħalqi,+Jekk ma niftakarx fik,+Jekk Ġerusalemm ma tkunx għalijaL-​akbar raġuni għall-​hena.+   Ftakar,+ O Ġeħova, f’ulied Edom+ dakinhar li waqgħet Ġerusalemm,+Li qalu: “Ikxfuha! Ikxfuha sal-​pedament tagħha!”+   O bint Babilonja, li se titneżżaʼ,+Hieni jkun dak li jħallsek+Bl-​istess trattament li ttrattajtna bih.+   Hieni jkun dak li jaħtaf u jfarrak+Lit-​tfal tiegħek mal-​blat.

Noti taʼ taħt