Salmi 135:1-21

135  Faħħru lil Jah!+Faħħru isem Ġeħova,+Offrulu tifħir, O qaddejja taʼ Ġeħova,+   Intom li qegħdin weqfin fid-​dar taʼ Ġeħova,+Fil-​btieħi tad-​dar t’Alla tagħna.+   Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb.+Għannu lil ismu, għax dan hu pjaċevoli.+   Għax Jah għażel lil Ġakobb għalih,+Lil Israel bħala l-​proprjetà speċjali tiegħu.+   Għax jien naf tajjeb li Ġeħova hu kbir,+U l-​Mulej tagħna hu ogħla mill-​allat l-​oħrajn kollha.+   Kulma Ġeħova għoġbu jagħmel għamlu+Fis-​smewwiet u fl-​art, fl-​ibħra u fl-​ilmijiet fondi kollha.+   Itellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art;+Għamel ukoll bibien għax-​xita;+Joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu,+   Hu li qatel lill-​ewwel imweldin taʼ l-​Eġittu,+Sew bnedmin u sew bhejjem.+   Bagħat sinjali u mirakli f’nofsok, O Eġittu,+Fuq il-​Fargħun u fuq il-​qaddejja kollha tiegħu;+ 10  Hu li laqat lil ħafna ġnus+U qatel lil slaten qawwijin,+ 11  Iva, lil Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin+U lil Għog is-​sultan tal-​Basan+U s-​saltniet kollha taʼ Kangħan,+ 12  U li ta arthom bħala wirt,+Wirt lil Israel il-​poplu tiegħu.+ 13  O Ġeħova, ismek hu għal dejjem.+O Ġeħova, it-​tifkira tiegħek hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 14  Għax Ġeħova se jiddefendi l-​kawża tal-​poplu tiegħu,+U se jiddispjaċih għall-​qaddejja tiegħu.+ 15  L-idoli tal-​ġnus huma fidda u deheb,+Xogħol idejn il-​bniedem.+ 16  Fomm għandhom, imma ma jistgħu jgħidu xejn;+Għajnejn għandhom, imma ma jistgħu jaraw xejn;+ 17  Widnejn għandhom, imma ma jistgħu jisimgħu xejn.+Barra minn hekk, ma jeżisti ebda spirtu f’fommhom.+ 18  Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+Kulmin jafda fihom.+ 19  O intom taʼ dar Israel, bierku lil Ġeħova.+O intom taʼ dar Aron, bierku lil Ġeħova.+ 20  O intom taʼ dar Levi, bierku lil Ġeħova.+Intom li tibżgħu minn Ġeħova, bierku lil Ġeħova.+ 21  Imbierek minn ġo Sijon ikun Ġeħova,+Li qed jgħammar f’Ġerusalemm.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt