Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Salmi 132:1-18

Għanja tat-Tlajjaʼ. 132  Ftakar, O Ġeħova, f’David+ U l-umiljazzjonijiet kollha tiegħu;+   Kif ħalef lil Ġeħova,+ Kif għamel wegħda lill-Alla l-Qawwi+ taʼ Ġakobb:+   “Ma nidħolx fit-tinda taʼ dari.+ Ma nitlax fuq il-friex taʼ soddti,+   Ma nħallix lil għajnejja jaraw irqad,+ Lanqas lil xfar għajnejja jaqbadhom in-ngħas,+   Sakemm insib post għal Ġeħova,+ Tinda grandjuża għall-Alla l-Qawwi taʼ Ġakobb.”+   Ara! Smajna b’dan f’Efrata,+ Sibnieh fil-foresta.+   Ejjew nidħlu fit-tinda grandjuża tiegħu;+ Ħa mmilu ħdejn il-banketta għal saqajh.+   Qum, O Ġeħova, u mur lejn il-post taʼ mistrieħ tiegħek,+ Int u l-Arka+ tas-saħħa tiegħek.+   Ħa jitlibbsu bis-sewwa l-qassisin tiegħek,+ U ħa jgħajtu bil-ferħ dawk leali lejk.+ 10  Minħabba David il-qaddej tiegħek,+ Tirrifjutax wiċċ il-midluk tiegħek.+ 11  Ġeħova għamel ħalfa lil David,+ Żgur ma jerġax lura minnha:+ “Wieħed imnissel minnek*+ Inqiegħed fuq it-tron tiegħek.+ 12  Jekk uliedek iħarsu l-patt tiegħi+ U t-tfakkiriet tiegħi li se ngħallimhom,+ Uliedhom ukoll Joqogħdu għal dejjem+ fuq it-tron tiegħek.”+ 13  Għax Ġeħova għażel lil Sijon;+ Ixxennaq għaliha bħala post fejn jgħammar:+ 14  “Dan hu l-post taʼ mistrieħ tiegħi għal dejjem;+ Hawnhekk ngħammar, għax ixxennaqt għalih.+ 15  Il-provvisti tagħha bla dubju se nberikhom.+ Lill-foqra tagħha nxebbagħhom bil-ħobż.+ 16  Lill-qassisin tagħha llibbishom bis-salvazzjoni;+ U dawk leali fiha bla dubju se jgħajtu bil-ferħ. 17  Hemmhekk inqajjem il-qarn* taʼ David.+ Ħejjejt musbieħ għall-midluk tiegħi.+ 18  Lill-għedewwa tiegħu llibbishom l-għajb;+ Imma fuqu tiffjorixxi d-dijadema+ tiegħu.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “minn frott żaqqek.”
Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.