Salmi 125:1-5

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 125  Dawk li jafdaw f’Ġeħova+Huma bħall-​Muntanja Sijon,+ li ma tistax titħarrek imma tgħammar għal żmien indefinit.+   Bħalma l-​muntanji huma madwar Ġerusalemm,+Hekk Ġeħova hu madwar il-​poplu tiegħu+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+   Għax ix-​xettru tal-​ħażen mhux se jibqaʼ jserraħ+ fuq sehem in-​nies sewwa,Sabiex in-​nies sewwa ma jmiddux idhom biex jagħmlu l-​ħażin.+   Agħmel it-​tajjeb, O Ġeħova, mat-​tajbin,+Mar-​retti fi qlubhom.+   Imma lil dawk li qed iduru lejn it-​triqat mgħawġin tagħhom,+Ġeħova se jkeċċihom flimkien maʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+Se jkun hemm il-​paċi fuq Israel.+

Noti taʼ taħt