Salmi 124:1-8

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ David. 124  “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna,”+Ħa jgħid issa Israel,+   “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna+Meta xi nies qamu kontrina,+   Dawn kienu jibilgħuna ħajjin,+Meta r-​rabja tagħhom kienet taħraq kontrina.+   Kieku l-​ilmijiet kienu jġorruna magħhom,+Il-​wied kien jgħaddi minn fuqna.*+   Imbagħad kienu jgħaddu minn fuqnaL-​ilmijiet tal-​prużunzjoni.+   Ikun imbierek Ġeħova, li ma taniex+Bħala priża għal snienhom.+   Aħna qisna għasfur li ħarab+Min-​nasba taʼ dawk li għamlulna lixka.+In-​nasba nkisret,+U aħna ħrabna.+   L-għajnuna tagħna hi fl-​isem taʼ Ġeħova,+Dak li għamel is-​sema u l-​art.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “minn fuq ruħna.”