Salmi 12:1-8

Lid-​direttur. Fuq l-​ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David. 12   Salvani,+ O Ġeħova, għax il-​leali ntemmew;+Għax in-​nies taʼ fedeltà għabu minn fost ulied il-​bnedmin.   Dak li m’huwiex verità jitkellmu bejniethom;+B’xofftejn mellisin+ jitkellmu, iva, b’żewġt iqlub.+   Ġeħova se jeqred ix-​xofftejn mellisin kollha,L-​ilsien li jitkellem ħwejjeġ taʼ kburija,+   Dawk li qalu: “Bi lsienna nirnexxu.+Nużaw xofftejna kif irridu. Min hu sidna?”   “Talli lill-​magħkusin ħarbtuhom, talli l-​foqra jitniehdu,+F’dan iż-​żmien inqum,” jgħid Ġeħova.+“Inqegħedhom fis-​sigurtà, ’il bogħod minn kulmin jiddieħaq bihom.”+   Kliem Ġeħova hu kliem pur,+Bħal fidda rfinuta ġo forn* fl-​art, imsoffija sebaʼ darbiet.   Int innifsek, O Ġeħova, se tħarishom;+Għal żmien indefinit, se tipproteġi lil kull wieħed minnhom minn din il-​ġenerazzjoni.   In-nies mill-​agħar jimxu kullimkien,Għax il-​viltà hi glorifikata fost ulied il-​bnedmin.+

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għal forn li jdewweb il-​metall. Possibbilment, “daħla.”