Salmi 119:1-176

א [Alef] 119  Henjin dawk li triqithom hi bla nuqqas,+Dawk li mexjin fil-​liġi taʼ Ġeħova.+   Henjin dawk li jħarsu t-​tfakkiriet tiegħu;+B’qalbhom kollha jibqgħu jfittxuh.+   Fil-fatt ma pprattikaw ebda inġustizzja.+Fi triqatu mxew.+   Int ikkmandajt li l-​ordnijiet tiegħek+Jitħarsu b’attenzjoni.+   O li kieku triqati jkunu stabbiliti fis-​sod+Biex inżomm mar-​regolamenti tiegħek!+   Kieku ma jkollix għalxiex nistħi,+Ladarba noqgħod attent għall-​kmandamenti kollha tiegħek.+   Se nfaħħrek b’qalb retta,+Meta nitgħallem id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+   Ir-regolamenti tiegħek jien nibqaʼ nżommhom.+Titlaqnix għalkollox.+ ב [Bet]   Kif jistaʼ żagħżugħ+ inaddaf il-​mogħdija tiegħu?Billi joqgħod għassa fi qbil maʼ kelmtek.+  10  B’qalbi kollha fittixtek.+Tħallinix niżvija mill-​kmandamenti tiegħek.+  11  Dak li għedt int ħżintu f’qalbi bħal teżor,+Sabiex ma nidnibx kontrik.+  12  Imbierek int, O Ġeħova.Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+  13  B’xofftejja ddikjarajt+Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha taʼ fommok.+  14  Jien nifraħ fit-​triq tat-​tfakkiriet tiegħek,+Sewwasew bħalma nagħmel bl-​affarijiet l-​oħrajn kollha taʼ valur.+  15  Se nkun moħħni f’ordnijietek,+U noqgħod attent għal mogħdijietek.+  16  L-istatuti tiegħek se ngħożżhom.+M’iniex se ninsa kelmtek.+ ג [Gimel]  17  Aġixxi b’mod xieraq mal-​qaddej tiegħek, sabiex ngħix+U nżomm maʼ kelmtek.+  18  Ikxifli għajnejja, biex inkun nistaʼ nara+L-​affarijiet taʼ l-​għaġeb fil-​liġi tiegħek.+  19  M’iniex ħlief resident barrani fil-​pajjiż.+Taħbix minni l-​kmandamenti tiegħek.+  20  Ruħi tfarrket tixxennaq+Il-​ħin kollu għad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+  21  Int ċanfart lill-​prużuntużi misħutin,+Li qed jiżvijaw mill-​kmandamenti tiegħek.+  22  Neħħi minn fuqi t-​tmaqdir u d-​disprezz,+Għax jien ħarist it-​tfakkiriet tiegħek.+  23  Il-prinċpijiet ukoll qagħdu bil-​qiegħda; tkellmu kontrija flimkien.+Imma l-​qaddej tiegħek moħħu fir-​regolamenti tiegħek.+  24  It-tfakkiriet tiegħek ngħożżhom ukoll,+Bħall-​irġiel li jagħtuni l-​pariri.+ ד [Dalet]  25  Ruħi mifnija u mqabbda mat-​trab.+Żommni ħaj fi qbil maʼ kelmtek.+  26  Jien iddikjarajtlek triqati, sabiex twiġibni.+Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+  27  Għinni nifhem it-​triq t’ordnijietek,+Biex inkun moħħni fl-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+  28  Ruħi ma raqditx minħabba n-​niket.+Qajjimni fi qbil maʼ kelmtek.+  29  Warrab minni t-​triq il-​falza,+U ħenn għalija billi tagħtini l-​liġi tiegħek.+  30  It-triq tal-​fedeltà għażilt jien.+Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek qisthom xierqa.+  31  Jien qbadt mat-​tfakkiriet tiegħek.+O Ġeħova, iġġegħelnix nistħi.+  32  Se niġri fit-​triq tal-​kmandamenti tiegħek,+Għax int tagħmilli l-​wisaʼ għalihom f’qalbi.+ ה [Ħe]  33  Istruwini, O Ġeħova, fit-​triq tar-​regolamenti tiegħek,+Biex inżomm fiha sa l-​aħħar.+  34  Għinni nifhem, sabiex inkun nistaʼ nħares il-​liġi tiegħek+U nżommha b’qalbi kollha.+  35  Mexxini fil-​mogħdija tal-​kmandamenti tiegħek,+Għax biha nitgħaxxaq.+  36  Mejjilli qalbi lejn it-​tfakkiriet tiegħek,+U mhux lejn il-​qligħ.+  37  Tħallix lil għajnejja jaraw dak li hu bla siwi;+Żommni ħaj fi triqtek.+  38  Wettaq mal-​qaddej tiegħek dak li għedt,+Li jwasslu biex jibżaʼ minnek.+  39  Neħħili minn fuqi ż-​żebliħ li jien tant bżajt minnu,+Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma tajbin.+  40  Ara! Jien ixxennaqt għal ordnijietek.+Fi qbil mas-​sewwa tiegħek, żommni ħaj.+ ו [Waw]  41  U jalla l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek tiġi għandi, O Ġeħova,+Is-​salvazzjoni tiegħek fi qbil maʼ dak li għedt int,+  42  Biex inkun nistaʼ nwieġeb b’kelma lil min imaqdarni,+Għax jien fdajt f’kelmtek.+  43  U tneħħix minn fommi l-​kelma tal-​verità,+Għax jien stennejt id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek.+  44  Se nżomm mal-​liġi tiegħek il-​ħin kollu,+Għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+  45  U għad nimxi f’post spazjuż,+Għax jien fittixt ordnijietek.+  46  Se nitkellem ukoll dwar it-​tfakkiriet tiegħek quddiem is-​slaten,+U ma jkollix għalxiex nistħi.+  47  U se ngħożż il-​kmandamenti tiegħek+Li jien ħabbejt.+  48  Se ngħolli idejja biex nitlob għax ħabbejt il-​kmandamenti tiegħek,+U se nkun moħħni fir-​regolamenti tiegħek.+ ז [Żajin]  49  Ftakar fil-​kelma li għedt lill-​qaddej tiegħek,+Li biha tajtni għalxiex nistenna.+  50  Dan ifarraġni fis-​sofferenza tiegħi,+Għax dak li għedt int żammni ħaj.+  51  Il-prużuntużi waqqgħuni għaċ-​ċajt għall-​aħħar.+Imma mil-​liġi tiegħek ma żvijajtx.+  52  Jien niftakar fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek taʼ żmien twil ilu, O Ġeħova,+U nsib il-​faraġ tiegħi.+  53  Sħant għall-​aħħar minħabba n-​nies mill-​agħar,+Li qed jitilqu l-​liġi tiegħek.+  54  Ir-regolamenti tiegħek saru melodiji għalija+Fid-​dar li ngħix fiha bħala barrani.+  55  Bil-lejl ftakart f’ismek, O Ġeħova,+Biex inżomm mal-​liġi tiegħek.+  56  Dan ġraliGħax ħarist l-​ordnijiet tiegħek.+ ח [Ħet]  57  Ġeħova hu s-​sehem tiegħi;+Jien wegħedt li nżomm maʼ kliemek.+  58  Fittixt l-​approvazzjoni tiegħek* b’qalbi kollha.+Ħenn għalija fi qbil maʼ dak li għedt.+  59  Jien ikkunsidrajt triqati,+Biex saqajja rreġġagħhom lura lejn it-​tfakkiriet tiegħek.+  60  Jien ħaffift, u ma tnikkirtx+Biex inżomm mal-​kmandamenti tiegħek.+  61  Il-ħbula tan-​nies mill-​agħar dawruni minn kullimkien.+Imma l-​liġi tiegħek ma nsejthiex.+  62  F’nofs taʼ lejl inqum nirringrazzjak+Għad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+  63  Jien sieħeb taʼ kulmin jibżaʼ minnek+U taʼ min iżomm m’ordnijietek.+  64  Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Ġeħova, imliet l-​art.+Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+ ט [Tet]  65  Int tassew ittrattajtu tajjeb lill-​qaddej tiegħek,+O Ġeħova, fi qbil maʼ kelmtek.+  66  Għallimni t-​tjubija,+ inkun sensibbli,+ u jkolli l-​għarfien,+Għax jien eżerċitajt il-​fidi fil-​kmandamenti tiegħek.+  67  Qabel ma kont qed insofri kont qed nidneb bi żball,+Imma issa nżomm maʼ dak li għedt int.+  68  Int tajjeb u qed tagħmel it-​tajjeb.+Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+  69  Il-prużuntużi ċappsuni bil-​gideb tagħhom.+Imma jien, b’qalbi kollha se nħares ordnijietek.+  70  Qalbhom bħax-​xaħam, xejn ma jinfidha.+Jien, min-​naħa tiegħi, għożżejt il-​liġi tiegħek.+  71  Tajjeb għalija li sofrejt,+Għax b’hekk nitgħallem ir-​regolamenti tiegħek.+  72  Il-liġi+ taʼ fommok hi tajba għalija,+Iktar minn eluf taʼ biċċiet tad-​deheb u l-​fidda.+ י [Jod]  73  Idejk stess għamluni u waqqfuni fis-​sod.+Għinni nifhem, sabiex nitgħallem il-​kmandamenti tiegħek.+  74  Dawk li jibżgħu minnek jarawni u jifirħu,+Għax jien stennejt kelmtek.+  75  Jien naf tajjeb, O Ġeħova, li d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma ġusti+U li b’fedeltà ddixxiplinajtni.+  76  Ħa tfarraġni l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, jekk jogħġbok,+Fi qbil maʼ dak li għedt lill-​qaddej tiegħek.+  77  Ħa jiġu għandi l-​ħniniet tiegħek biex nibqaʼ ngħix;+Għax jien ngħożż il-​liġi tiegħek.+  78  Ħa jistħu l-​prużuntużi, għax qarrqu bija għalxejn b’xejn.+Min-​naħa tiegħi, jien moħħni f’ordnijietek.+  79  Ħa jduru lura lejja dawk li jibżgħu minnek,+Dawk ukoll li jafu t-​tfakkiriet tiegħek.+  80  Ħa tkun qalbi bla nuqqas fir-​regolamenti tiegħek,+Sabiex ma jkollix għalxiex nistħi.+ כ [Kaf]  81  Ruħi nfniet għas-​salvazzjoni tiegħek;+Jien stennejt il-​kelma tiegħek.+  82  Għajnejja nfnew jistennew dak li għedt int,+Waqt li ngħid: “Meta se tfarraġni?”+  83  Għax jien sirt qisni flixkun tal-​ġild+ fid-​duħħan.Imma r-​regolamenti tiegħek ma nsejthomx.+  84  Kemm se jdum jistenna l-​qaddej tiegħek?+Meta se twettaq il-​ġudizzju tiegħek kontra dawk li jippersegwitawni?+  85  Il-prużuntużi ħaffru l-​ħofor biex jaqbduni,+Dawk li m’humiex fi qbil mal-​liġi tiegħek.+  86  Il-kmandamenti kollha tiegħek huma l-​fedeltà nfisha.+Għalxejn b’xejn ippersegwitawni. Għinni!+  87  Naqra oħra u kienu jeqirduni minn fuq l-​art;+Imma jien ma tlaqtx ordnijietek.+  88  Fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek żommni ħaj,+Biex inkun nistaʼ nżomm mat-​tfakkira taʼ fommok.+ ל [Lamed]  89  Għal dejjem, O Ġeħova,+Kelmtek hi mwaqqfa fis-​smewwiet.+  90  Il-fedeltà tiegħek hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+Int stabbilejt l-​art fis-​sod, biex tibqaʼ wieqfa.+  91  Fi qbil mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek baqgħu weqfin sa llum,+Għax ilkoll qaddejja tiegħek.+  92  Li ma kontx ngħożż il-​liġi tiegħek,+Is-​sofferenza tiegħi kienet teqridni.+  93  Qatt ma se ninsa ordnijietek,+Għax bihom żammejtni ħaj.+  94  Jien tiegħek. Salvani,+Għax fittixt ordnijietek.+  95  In-nies mill-​agħar qagħdu jistennewni biex jeqirduni.+Imma jien nibqaʼ attent għat-​tfakkiriet tiegħek.+  96  Għal kull perfezzjoni rajt tmiem.+Imma l-​kmandament tiegħek vast ħafna. מ [Mem]  97  Kemm inħobbha l-​liġi tiegħek!+Il-​jum kollu moħħni fiha.+  98  Iktar għaref mill-​għedewwa tiegħi jagħmilni l-​kmandament tiegħek,+Għax hu tiegħi għal dejjem.+  99  Sar għandi iktar dehen mill-​għalliema kollha tiegħi,+Għax moħħni fit-​tfakkiriet tiegħek.+ 100  Kif inġib ruħi juri li nifhem iktar mix-​xjuħ,+Għax ħarist ordnijietek.+ 101  Saqajja żammejthom lura minn kull mogħdija ħażina,+Bl-​iskop li nkun nistaʼ nżomm maʼ kelmtek.+ 102  Mid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek ma warrabtx,+Għax int innifsek istruwejtni.+ 103  Kemm hu ħelu għall-​palat tiegħi dak li għedt int,Iktar ħelu mill-​għasel għal fommi!+ 104  Minħabba ordnijietek inġib ruħi b’mod li nuri li qed nifhem.+Għalhekk bgħadtha kull mogħdija falza.+ נ [Nun] 105  Kelmtek musbieħ għal sieqi,+U dawl għal triqti.+ 106  Jien għamilt ħalfa, u se nwettaqha,+Li nżomm mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+ 107  Jien sofrejt għall-​aħħar.+O Ġeħova, żommni ħaj fi qbil maʼ kelmtek.+ 108  Jekk jogħġbok, ħu gost bl-​offerti volontarji taʼ fommi, O Ġeħova,+U għallimni d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+ 109  Ħajti f’riskju* l-​ħin kollu;+Imma l-​liġi tiegħek ma nsejthiex.+ 110  In-nies mill-​agħar għamluli nassa,+Imma minn ordnijietek ma żvijajtx.+ 111  It-tfakkiriet tiegħek jien għamilthom tiegħi għal dejjem,+Għax huma l-​ferħ taʼ qalbi.+ 112  Jien mejjilt qalbi biex nibqaʼ nagħmel ir-​regolamenti tiegħek+Għal dejjem, sa l-​aħħar.+ ס [Samek] 113  Lil dawk taʼ nofs qalb jien bgħadthom,+Imma l-​liġi tiegħek ħabbejtha.+ 114  Int il-​post fejn ninħeba u t-​tarka tiegħi.+Jien stennejt il-​kelma tiegħek.+ 115  Itilqu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-​ħażen,+Biex inkun nistaʼ nħares il-​kmandamenti t’Alla tiegħi.+ 116  Appoġġani fi qbil maʼ dak li għedt, biex nibqaʼ ngħix,+U ġġegħelnix nistħi minħabba t-​tama tiegħi.+ 117  Wiżinni sabiex insalva,+U jien inżomm ħarsti fuq ir-​regolamenti tiegħek il-​ħin kollu.+ 118  Int waddabt ’l hemm lil dawk kollha li qed jiżvijaw mir-​regolamenti tiegħek;+Għax huma jingannaw u jqarrqu.+ 119  Int neħħejt lin-​nies mill-​agħar taʼ l-​art, bħall-​ħmieġ tal-​metalli li jitlaʼ fil-​wiċċ.+Għalhekk ħabbejthom it-​tfakkiriet tiegħek.+ 120  Bil-biżaʼ minnek ġismi tkexkex;+U minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek jien bżajt.+ ע [Għajn] 121  Jien wettaqt ġudizzju ġust u għamilt is-​sewwa.+Tabbandunanix f’idejn l-​imbroljuni!+ 122  Aġixxi b’mod li jiggarantixxi l-​ġid tal-​qaddej tiegħek.+Ħa ma jimbroljawnix il-​prużuntużi.+ 123  Għajnejja nfnew jistennew is-​salvazzjoni tiegħek+U l-​affarijiet sewwa li għedt int.+ 124  Ittratta mal-​qaddej tiegħek fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+U għallimni r-​regolamenti tiegħek.+ 125  Jien il-​qaddej tiegħek.+ Għinni nifhem,+Biex inkun naf it-​tfakkiriet tiegħek.+ 126  Wasal iż-​żmien li Ġeħova jaġixxi.+Huma kisru l-​liġi tiegħek.+ 127  Iva, jien ħabbejt il-​kmandamenti tiegħek+Iktar mid-​deheb, mid-​deheb irfinut.+ 128  U l-​ordnijiet kollha rigward kull ħaġa qisthom bħala tajbin;+Kull mogħdija falza jien bgħadtha.+ פ [Pe] 129  It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ l-​għaġeb.+Għalhekk ħarsithom ruħi.+ 130  Kliemek jagħti d-​dawl meta jiġi rivelat,+U lil dawk taʼ bla esperjenza jgħinhom jifhmu.+ 131  Fommi ftaħtu beraħ biex nilheġ,+Għax ixxennaqt għall-​kmandamenti tiegħek.+ 132  Dur lejja u ħenn għalija,+Fi qbil mad-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek għal dawk li jħobbu lil ismek.+ 133  Agħmilli l-​passi tiegħi sodi f’dak li għedt int,+U ħa ma taħkimni ebda xorta taʼ ħsara.+ 134  Ifdini minn kull bniedem imbroljun,+U nżomm m’ordnijietek.+ 135  Ħalli wiċċek jiddi fuq il-​qaddej tiegħek,+U għallimni r-​regolamenti tiegħek.+ 136  Nixxigħat taʼ ilma gelglu minn għajnejja+Għax huma ma żammewx mal-​liġi tiegħek.+ צ [Sade] 137  Int ġust, O Ġeħova,+U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma retti.+ 138  Int ikkmandajtna nħarsu t-​tfakkiriet tiegħek+ fi qbil mas-​sewwaU l-​fedeltà kbira tiegħek.+ 139  Il-ħeġġa tiegħi temmitni,+Għax l-​avversarji tiegħi nsew kliemek.+ 140  Dak li tgħid int hu rfinut ferm,+U l-​qaddej tiegħek iħobbu.+ 141  Jien insinifikanti u disprezzat.+Imma l-​ordnijiet tiegħek ma nsejthomx.+ 142  Is-sewwa tiegħek hu sewwa għal dejjem,+U l-​liġi tiegħek hi verità.+ 143  In-niket u s-​saram sabuni.+Imma jien għożżejt il-​kmandamenti tiegħek.+ 144  Is-sewwa tat-​tfakkiriet tiegħek jibqaʼ għal dejjem.+Għinni nifhem, sabiex nibqaʼ ngħix.+ ק [Kof] 145  Jien sejjaħt b’qalbi kollha.+ Wiġibni, O Ġeħova.+Ir-​regolamenti tiegħek se nħarishom.+ 146  Sejjaħtlek. Salvani!+U jien inżomm mat-​tfakkiriet tiegħek.+ 147  Qgħadt inqum kmieni fit-​tbexbix taʼ fil-​għodu,+ biex ngħajjat għall-​għajnuna.+Jien stennejt kliemek.+ 148  Jien stenbaħt matul l-​għases tal-​lejl,*+Biex naħseb f’dak li għedt int.+ 149  Ismaʼ leħni skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+O Ġeħova, fi qbil mad-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek żommni ħaj.+ 150  Resqu qribi dawk li jfittxu l-​kondotta laxka,+Li tbiegħdu mil-​liġi tiegħek.+ 151  Int qrib, O Ġeħova,+U l-​kmandamenti kollha tiegħek huma verità.+ 152  Ilni żmien twil naf xi ftit mit-​tfakkiriet tiegħek,+Għax int sejjisthom għal dejjem.+ ר [Rex] 153  Ara s-​sofferenza tiegħi, u salvani;+Għax jien ma nsejtx il-​liġi tiegħek.+ 154  Mexxi l-​kawża legali tiegħi u ħudni lura għandek;+Żommni ħaj fi qbil maʼ dak li għedt.+ 155  Is-salvazzjoni hi ’l bogħod min-​nies mill-​agħar,+Għax ma fittxewx ir-​regolamenti tiegħek.+ 156  Bosta huma l-​ħniniet tiegħek, O Ġeħova.+Fi qbil mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, żommni ħaj.+ 157  Il-persekuturi u l-​avversarji tiegħi huma ħafna.+Imma mit-​tfakkiriet tiegħek ma żvijajtx.+ 158  Jien rajt lil dawk li jaġixxu bi tradiment,+U nistkerrahhom għax ma żammewx maʼ dak li għedt int.+ 159  Ara kif jien ħabbejt l-​ordnijiet tiegħek.+O Ġeħova, fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek żommni ħaj.+ 160  Kelmtek kollha hi verità,+U kull deċiżjoni ġudizzjarja ġusta tiegħek hi għal dejjem.+ ש [Sin] jew [Xin] 161  Il-prinċpijiet ippersegwitawni għalxejn b’xejn,+Imma qalbi tkexkxet minħabba kliemek.+ 162  Nifraħ jien b’dak li għedt int+Bħalma jagħmel wieħed meta jsib priża kbira.+ 163  Bgħadt il-​qerq,+ u nibqaʼ nistmerru.+Il-​liġi tiegħek ħabbejt jien.+ 164  Sebaʼ darbiet kuljum faħħartek+Minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+ 165  Paċi abbundanti jkollhom dawk li jħobbu l-​liġi tiegħek,+U għalihom m’hemm ebda tfixkil.+ 166  Jien ittamajt għas-​salvazzjoni tiegħek, O Ġeħova,+U għamilt il-​kmandamenti tiegħek.+ 167  Ruħi żammet mat-​tfakkiriet tiegħek;+Jien inħobbhom wisq.+ 168  Żammejt maʼ l-​ordnijiet u t-​tfakkiriet tiegħek,+Għax triqati kollha qegħdin quddiemek.+ ת [Taw] 169  Ħa tasal quddiemek l-​għajta tiegħi bil-​ħrara, O Ġeħova.+Fi qbil maʼ kelmtek, għinni nifhem.+ 170  Jalla t-​talba tiegħi għall-​ħniena tidħol quddiemek.+Fi qbil maʼ dak li għedt, eħlisni.+ 171  Ħa jgelgel it-​tifħir minn xofftejja,+Għax int tgħallimni r-​regolamenti tiegħek.+ 172  Ħa jkanta lsieni dak li għedt int,+Għax il-​kmandamenti tiegħek huma kollha ġusti.+ 173  Ħa tgħinni idek,+Għax ordnijietek għażilt jien.+ 174  Ixxennaqt għas-​salvazzjoni tiegħek, O Ġeħova,+U l-​liġi tiegħek ngħożżha.+ 175  Ħallini nibqaʼ ngħix biex infaħħrek,+U ħa jgħinuni d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+ 176  Iġġerrejt bħal nagħġa mitlufa.+ Fittex lill-​qaddej tiegħek,+Għax jien ma nsejthomx il-​kmandamenti tiegħek.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Rattabtlek wiċċek.”
Letteralment, “Ruħi fil-​pala taʼ idi.”
Ara Sa 63:6, in-​nota taʼ taħt.