Salmi 118:1-29

118  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+   Ħa jgħid issa Israel:“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+   Ħa jgħidu issa dawk taʼ dar Aron:+“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+   Ħa jgħidu issa dawk li jibżgħu minn Ġeħova:+“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+   Meta kont f’ċirkustanzi taʼ niket sejjaħt lil Jah;+Jah wieġeb u qegħedni f’post spazjuż.+   Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi; m’iniex se nibżaʼ.+X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?+   Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi fost dawk li jgħinuni,+Sabiex inħares rebbieħ lejn dawk li jobogħduni.+   Aħjar tistkenn f’Ġeħova+Milli tafda fil-​bniedem.+   Aħjar tistkenn f’Ġeħova+Milli tafda fin-​nobbli.+ 10  Il-ġnus kollha dawruni.+Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+ 11  Daru għalija, iva, dawruni.+Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod. 12  Huma daru għalija bħan-​naħal;+Intfew bħan-​nar taʼ l-​għollieq.+Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+ 13  Imbottawni bis-​saħħa biex naqaʼ,+Imma Ġeħova għenni.+ 14  Jah hu l-​kenn u s-​setgħa tiegħi,+U għalija jsir salvazzjoni.+ 15  Il-leħen t’għajat ferrieħi u taʼ salvazzjoni+Qiegħed fit-​tined+ tal-​ġusti.+Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+ 16  Il-leminija taʼ Ġeħova qed titgħolla;+Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+ 17  M’iniex se mmut, imma nibqaʼ ngħix,+Biex inxandar l-​għemejjel taʼ Jah.+ 18  Jah ikkoreġieni bil-​kbir,+Imma ma tanix f’idejn il-​mewt.+ 19  Iftħuli l-​bibien tas-​sewwa.+Jien nidħol minnhom; infaħħar lil Jah.+ 20  Dan hu l-​bieb taʼ Ġeħova.+Il-​ġusti se jidħlu minnu.+ 21  Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni+U sirt is-​salvazzjoni tiegħi.+ 22  Il-ġebla li twarrbet mill-​bennejja+Saret il-​ġebla tax-​xewka taʼ fuqnett.+ 23  Dan seħħ mingħand Ġeħova;+F’għajnejna din hi ħaġa taʼ l-​għaġeb.+ 24  Dan hu l-​jum li għamel Ġeħova;+Se nifirħu u nithennew fih.+ 25  Issa, O Ġeħova, salvana, jekk jogħġbok!+Issa, O Ġeħova, għinna nirnexxu, jekk jogħġbok!+ 26  Ħa jkun imbierek Dak li ġej f’isem Ġeħova;+Aħna berikniekom mid-​dar taʼ Ġeħova.+ 27  Ġeħova hu d-​Divin,+U jagħtina d-​dawl.+Żejnu l-​parata tal-​festa+ bil-​friegħi,+Sal-​qrun taʼ l-​artal.+ 28  Int id-​Divin tiegħi, u jien se nfaħħrek;+Alla tiegħi—se neżaltak.+ 29  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

Noti taʼ taħt