Salmi 116:1-19

116  Jien nimtela bl-​imħabba meta Ġeħova jismaʼ+Leħni, it-​talb bil-​ħrara tiegħi.+   Għax hu mejjel widintu lejja,+U jien insejjaħlu tul jiemi kollha.+   Il-ħbula tal-​mewt dawruni+U kont f’ċirkustanzi taʼ niket bħallikieku fil-​Qabar.*+Inkwiet u dwejjaq bqajt insib.+   Imma jien sejjaħt isem Ġeħova:+“O Ġeħova, eħlisli ruħi!”+   Ġeħova grazzjuż u ġust;+Alla tagħna hu ħanin.+   Ġeħova qed iħares lil dawk taʼ bla esperjenza.+Kont batut, u hu salvani, iva, lili.+   Mur lura lejn il-​post taʼ mistrieħ tiegħek, O ruħi,+Għax Ġeħova nnifsu aġixxa b’mod xieraq miegħek.+   Għax int ħlistli ruħi mill-​mewt,+Għajnejja mid-​dmugħ, saqajja mit-​tfixkil.+   Jien se nimxi+ quddiem Ġeħova fl-​artijiet tal-​ħajjin.+ 10  Kelli l-​fidi,+ u għalhekk tkellimt.+Kont qed insofri ħafna. 11  Min-naħa tiegħi, meta kont mifxul bil-​paniku għedt:+“Kull bniedem hu giddieb.”+ 12  X’se nagħti lil Ġeħova+Għall-​benefiċċji kollha li tani?+ 13  Se naqbad il-​kies tas-​salvazzjoni grandjuża,+U nsejjaħ l-​isem taʼ Ġeħova.+ 14  Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu. 15  Prezzjuża f’għajnejn ĠeħovaHi l-​mewt taʼ dawk leali lejh.+ 16  Jaħasra, O Ġeħova,+Għax jien il-​qaddej tiegħek.+Iva, jien il-​qaddej tiegħek, bin l-​ilsira tiegħek.+Int ħallejtli l-​irbit tiegħi.+ 17  Lilek se noffri s-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr,+U isem Ġeħova nsejjaħ.+ 18  Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu,+ 19  Fil-btieħi tad-​dar taʼ Ġeħova,+F’nofsok, O Ġerusalemm.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”