Salmi 115:1-18

115  Aħna ma jistħoqqilna xejn, O Ġeħova, aħna ma jistħoqqilna xejn,+Imma lil ismek agħtih glorja+Skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, skond il-​verità tiegħek.+   Għala għandhom il-​ġnus jgħidu:+“Fejn hu, issa, Alla tagħhom?”+   Imma Alla tagħna hu fis-​smewwiet;+Kulma għoġbu jagħmel għamlu.+   L-idoli tagħhom huma fidda u deheb,+Xogħol idejn il-​bniedem.+   Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu;+Għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw;+   Widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu.+Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu.+   Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu.+Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu;+Ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom.+   Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+Dawk kollha li jafdaw fihom.+   O Israel, afda f’Ġeħova;+Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+ 10  O dar Aron, poġġu l-​fiduċja tagħkom f’Ġeħova;+Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+ 11  Intom li tibżgħu minn Ġeħova, afdaw f’Ġeħova;+Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+ 12  Ġeħova ftakar fina; hu se jbierek,+Se jbierek lil dar Israel,+Se jbierek lil dar Aron.+ 13  Se jbierek lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova,+Iż-​żgħar kif ukoll il-​kbar.+ 14  Ġeħova se jagħtikom iż-​żjieda,+Lilkom u lil uliedkom.+ 15  Intom imberkin minn Ġeħova,+Dak li għamel is-​sema u l-​art.+ 16  Is-smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-​smewwiet,+Imma l-​art taha lil ulied il-​bnedmin.+ 17  Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah,+Lanqas kulmin jinżel fis-​skiet.+ 18  Imma aħna se nbierku lil Jah+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt