Salmi 114:1-8

114  Meta Israel ħareġ mill-​Eġittu,+U dar Ġakobb minn poplu li jitkellem lingwa ma tinftihemx,+   Ġuda sar il-​post qaddis tiegħu,+Israel id-​dominju grandjuż tiegħu.+   Il-baħar ra u ħarab;+Il-​Ġordan beda jerġaʼ lura.+   Il-muntanji qabżu bħall-​imtaten,+L-​għoljiet bħall-​ħrief.   Xi ġralek, O baħar, biex ħrabt,+O Ġordan, biex bdejt terġaʼ lura?+   O muntanji, għala bdejtu taqbżu bħall-​imtaten,+O għoljiet, bħall-​ħrief?+   O art, imtela bil-​biżaʼ* minħabba l-​Mulej,+Minħabba l-​Alla taʼ Ġakobb,   Li qed jibdel il-​blata f’għadira taʼ l-​ilma kollha qasab,+Blata taż-​żnied f’għajn taʼ l-​ilma.+

Noti taʼ taħt

Jew, “ħoss uġigħ kbir.”