Salmi 112:1-10

112  Faħħru lil Jah!+ א [Alef]Hieni l-​bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova,+ ב [Bet]Li jitgħaxxaq ferm+ bil-​kmandamenti tiegħu.+ ג [Gimel]   Setgħanin ikunu wliedu fl-​art.+ ד [Dalet]Il-​ġenerazzjoni tar-​retti tkun imbierka.+ ה [Ħe]   Affarijiet taʼ valur u rikkezzi jkollu f’daru;+ ו [Waw]U l-​ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+ ז [Żajin]   Fid-dlam hu idda bħala dawl għar-​retti;+ ח [Ħet]Hu grazzjuż u ħanin u ġust.+ ט [Tet]   Tajjeb il-​bniedem li hu grazzjuż+ u li jislef.+ י [Jod]Hu jmexxi l-​affarijiet tiegħu bil-​ġustizzja.+ כ [Kaf]   Iva, f’ebda żmien ma jogħtor.+ ל [Lamed]Il-​ġust ikun miftakar għal dejjem.+ מ [Mem]   Ma jibżax, lanqas minn aħbar ħażina.+ נ [Nun]Qalbu soda,+ tistrieħ fuq Ġeħova.+ ס [Samek]   Qalbu ma titħarrikx;+ ma jibżax,+ ע [Għajn]U fl-​aħħar iħares rebbieħ lejn l-​avversarji tiegħu.+ פ [Pe]   Hu qassam bil-​kotra; ta lill-​foqra.+ צ [Sade]Il-​ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+ ק [Kof]Il-​qarn* tiegħu se jitgħolla bil-​glorja.+ ר [Rex] 10  Il-ħażin se jara u jitħawwad.+ ש [Xin]Se jgħażżaż snienu u jdub fix-​xejn.+ ת [Taw]Ix-​xewqa tal-​ħżiena se tgħib.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.