Salmi 111:1-10

111  Faħħru lil Jah!+ א [Alef]Jien se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha+ ב [Bet]Fil-​ġemgħa tal-​ħbieb+ retti u fl-​assemblea.+ ג [Gimel]   L-għemejjel taʼ Ġeħova huma kbar,+ ד [Dalet]U dawk kollha li jitgħaxxqu bihom jgħarbluhom.+ ה [Ħe]   L-attività tiegħu+ mimlija dinjità u glorja,+ ו [Waw]U s-​sewwa tiegħu jibqaʼ għal dejjem.+ ז [Żajin]   Hu waqqaf tifkira bl-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb.+ ח [Ħet]Ġeħova grazzjuż u ħanin.+ ט [Tet]   Ta l-​ikel lil dawk li jibżgħu minnu.+ י [Jod]Għal żmien indefinit se jibqaʼ jiftakar fil-​patt tiegħu.+ כ [Kaf]   Hu wera l-​qawwa tiegħu lil niesu b’dak li għamel,+ ל [Lamed]Billi tahom il-​wirt tal-​ġnus.+ מ [Mem]   Għemil idejh hu veru u ġust;+ נ [Nun]Taʼ min jafdahom huma l-​ordnijiet kollha li jagħti,+ ס [Samek]   Miżmumin sew għal dejjem, għal żmien indefinit,+ ע [Għajn]Magħmulin bil-​verità u b’mod rett.+ פ [Pe]   Hu bagħat il-​ħelsien lill-​poplu tiegħu.+ צ [Sade]Hu kkmanda li l-​patt tiegħu jibqaʼ għal żmien indefinit.+ ק [Kof]Ismu qaddis u jqanqal il-​biżaʼ.+ ר [Rex] 10  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-​bidu taʼ l-​għerf.+ ש [Sin]Dawk kollha li jwettqu ordnijietu għandhom dehen kbir.+ ת [Taw]Tifħiru jibqaʼ għal dejjem.+

Noti taʼ taħt