Salmi 11:1-7

Lid-​direttur. Taʼ David. 11  F’Ġeħova stkennejt.+Kif tażżardaw tgħiduli:“Aħrab bħal għasfur lejn il-​muntanja tiegħek!+   Għax, ara! In-​nies mill-​agħar qed jilwu l-​qaws,+Qed jippreparaw il-​vleġġa tagħhom mal-​korda tal-​qaws,Biex fid-​dlam jisparaw għal dawk li huma retti f’qalbhom.+   Meta jiġġarrfu l-​pedamenti tal-​ġustizzja,+X’jagħmel il-​ġust?”   Ġeħova qiegħed fit-​tempju qaddis tiegħu.+Ġeħova—fis-​smewwiet għandu t-​tron tiegħu.+Għajnejh jaraw; għajnejh ileqqu jeżaminaw+ lil ulied il-​bnedmin.   Ġeħova jeżamina kemm lill-​ġust kif ukoll lil dak li hu mill-​agħar,+U lil kulmin iħobb il-​vjolenza Ruħu tobogħdu.+   Iniżżel fuq il-​ħżiena xita taʼ nases, nar u kubrit+U riħ jaħraq, bħala l-​kies li jridu jixorbu minnu.+   Għax Ġeħova huwa ġust;+ hu jħobb atti ġusti.+Huma r-​retti li se jaraw wiċċu.+

Noti taʼ taħt