Salmi 109:1-31

Lid-​direttur. Taʼ David. Melodija. 109  O Alla li jien infaħħar,+ tibqax sieket.+   Għax fomm il-​wieħed mill-​agħar u fomm il-​qarrieq infetħu kontrija.+Tkellmu dwari bi lsien il-​gideb;+   Dawruni bi kliem taʼ mibegħda,+U jiġġieldu miegħi għalxejn b’xejn.+   Jien inħobbhom u huma jopponuni;+Imma jien nibqaʼ nitlob.+   Huma jrodduli l-​ħażin għat-​tajjeb+U mibegħda għal imħabbti.+   Aħtar fuqu lil xi ħadd mill-​agħar,U ħa joqgħod fuq lemintu wieħed li jopponih.+   Meta jiġi ġudikat, ħa jinstab ħati bħala bniedem mill-​agħar;U ħa ssir dnub it-​talba tiegħu.+   Ħa jkunu ftit jiemu;+U l-​kariga tiegħu taʼ indokrar ħa jiħodha ħaddieħor.+   Ħa jsiru bla missier uliedu s-​subien+U martu tormol.+ 10  Uliedu żgur ikollhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn;+U jittallbuU joħorġu jfittxu l-​ikel mill-​postijiet imħarbtin fejn joqogħdu.+ 11  Ħalli min silfu l-​flus jiħodlu kulma għandu b’makakkerija,+U ħalli l-​istranġieri+ jisirqulu l-​prodott tat-​taħbit tiegħu.+ 12  Ħa ma jkollu lil ħadd li jurih qalb tajba bl-​imħabba,+U ħa ma jkunx hemm min iħenn għal uliedu subien bla missier. 13  Ħa jinqerdu d-​dixxendenti tiegħu,+U jitħassar għalkollox isimhom fil-​ġenerazzjoni taʼ wara.+ 14  Ħa jiftakar Ġeħova l-​iżball taʼ missirijietu,+U d-​dnub t’ommu+—ħa ma jitħassarx.+ 15  Ħa jkunu quddiem Ġeħova l-​ħin kollu;+U t-​tifkira tagħhom ħa jeqridha mill-​art;+ 16  Għax ma ftakarx juri qalb tajba bl-​imħabba,+Imma baqaʼ jiġri wara l-​bniedem magħkus u fqir+U dak taʼ qalbu sewda, biex joqtlu.+ 17  U baqaʼ jħobb is-​saħta,+ u b’hekk ġiet fuqu;+Ma tgħaxxaqx bil-​barka,+U b’hekk tbiegħdet minnu;+ 18  U libes is-​saħta bħallikieku l-​libsa tiegħu.+U saret bħal ilmijiet ġo fih+U bħal żejt f’għadmu. 19  Ħa tkun għalih bħal libsa li jitgeżwer fiha+U bħal ħżiem li jżommu mdawwar miegħu l-​ħin kollu.+ 20  Dan hu l-​ħlas mingħand Ġeħova għal dawk li qed jopponuni+U għal dawk li qed jgħidu l-​ħażin kontrija.+ 21  Imma int Ġeħova l-​Mulej Sovran.+Ittrattani tajjeb f’ġieħ ismek.+Eħlisni, għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi kbira.+ 22  Għax jien magħkus u fqir,+U qalbi minfuda ġewwa fija.+ 23  Se jkolli nitlaq bħal dell meta jbatti;+Ġejt imtajjar bħal ġurat. 24  Irkopptejja qed jirtogħdu bis-​sawm;+Ġismi niexef, u m’hemmx żejt fuqu.+ 25  Għalihom jien sirt xi ħaġa li ħaqqha t-​tmaqdir.+Hekk kif jarawni jibdew ixenglu rashom.+ 26  Għinni, O Ġeħova Alla tiegħi;+Salvani skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+ 27  U ħa jkunu jafu li din hi idek;+Li int innifsek, O Ġeħova, għamiltu dan.+ 28  Ħallihom ilissnu saħta,+ min-​naħa tagħhom,Imma int, min-​naħa tiegħek, lissen barka.+Huma qamu kontrija, imma ħallihom ħa jistħu,+U ħa jifraħ il-​qaddej tiegħek.+ 29  Ħa jitlibbsu bl-​umiljazzjoni dawk li qed jopponuni,+U jitgeżwru bl-​għajb tagħhom bħallikieku b’libsa bla kmiem.+ 30  Jien se nfaħħar ħafna lil Ġeħova b’fommi,+U fost ħafna nies nagħtih tifħir.+ 31  Għax hu se jieqaf fuq il-​leminija tal-​fqir,+Biex isalvah minn dawk li jiġġudikawh.

Noti taʼ taħt