Salmi 108:1-13

Għanja. Melodija taʼ David. 108  Qalbi soda, O Alla.+Se nkanta u ngħanni,+Kulma hu glorjuż fija wkoll.+   Stenbaħ, O strument tal-​korda; int ukoll, O arpa.+Jien se nqajjem iż-​żerniq.+   Se nfaħħrek fost il-​popli, O Ġeħova;+U ngħannilek fost il-​ġnus.+   Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira sas-​smewwiet,+U l-​verità tiegħek sas-​sema.+   Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+U ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.+   Sabiex il-​maħbubin tiegħek jinħelsu,+Salvana bil-​leminija tiegħek u wiġibni.+   Alla tkellem fil-​qdusija tiegħu:+“Jien se nifraħ, lil Sikem+ nagħti bħala sehem;+U l-​pjanura l-​baxxa taʼ Sukkot+ se nkejjilha u nagħtiha.   Tiegħi Gilegħad;+ tiegħi wkoll Manasse,+U Efrajm hu l-​fortizza tal-​wieħed ewlieni tiegħi;+Ġuda hu l-​ħatar tiegħi taʼ kmandant.+   Mowab+ il-​friskatur tiegħi tal-​ħasil.+Għal fuq Edom+ se nitfaʼ s-​sandlija tiegħi.+Fuq il-​Filistja+ se ngħajjat bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.”+ 10  Min se jiħodni lejn il-​belt fortifikata?+Min se jmexxini s’Edom?+ 11  Mhux int, O Alla, li warrabtna+U li ma toħroġx maʼ l-​armati tagħna bħala Alla tagħna?+ 12  Agħtina l-​għajnuna fl-​inkwiet,+Għax għalxejn nittamaw għas-​salvazzjoni mill-​bniedem.+ 13  Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+U hu jisħaq lill-​avversarji tagħna.+

Noti taʼ taħt