Salmi 107:1-43

(Salmi 107 – 150) 107  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+   Ħa jgħidu hekk dawk li Ġeħova ħadhom lura,+Li ħadhom lura minn id l-​avversarju,+   U li ġabarhom flimkien mill-​artijiet,+Minn tlugħ ix-​xemx u minn inżul ix-​xemx,+Mit-​tramuntana u min-​nofsinhar.+   Huma ġġerrew fix-​xagħri,+ fid-​deżert;+Ma sabux triq li tagħti għal belt fejn jistgħu jgħammru.+   Kienu bil-​ġuħ, u bil-​għatx ukoll;+Ħajjithom bdiet tbatti.+   Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova fin-​niket tagħhom;+U hu ħelishom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom,+   U mexxiehom fit-​triq it-​tajba,+Sabiex jaslu f’belt fejn jgħammru.+   Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+   Għax hu xebbaʼ lir-​ruħ għatxana;+U lir-​ruħ imġewħa mlieha b’affarijiet tajbin.+ 10  Xi wħud kienu jgħammru fid-​dlam u fis-​swidija,+Kienu priġunieri fis-​sofferenza u l-​irbit tal-​ħadid.+ 11  Għax aġixxew b’mod ribelluż+ kontra kliem Alla;+U ma wrewx rispett għall-​pariri taʼ l-​Iktar Għoli.+ 12  Għalhekk, hu rażżnilhom qalbhom bl-​inkwiet;+Huma tfixklu, u ma kien hemm ħadd li jgħinhom.+ 13  U bdew isejħu lil Ġeħova għall-​għajnuna fin-​niket tagħhom;+U bħas-​soltu, hu salvahom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom.+ 14  Ħariġhom mid-​dlam u mis-​swidija,+U qasam l-​irbit tagħhom fi tnejn.+ 15  Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+ 16  Għax hu kisser il-​bibien tar-​ram aħmar,+U qaċċat l-​istaneg tal-​ħadid.+ 17  Dawk li kienu boloh, minħabba t-​triq taʼ ksur tal-​liġi li qabdu+U minħabba l-​iżbalji tagħhom, fl-​aħħar mill-​aħħar ġabu s-​sofferenza fuqhom infushom.+ 18  Ruħhom bdiet tistkerrah kull xorta taʼ ikel+U kienu waslu f’bibien il-​mewt.+ 19  U bdew isejħu lil Ġeħova għall-​għajnuna fin-​niket tagħhom;+U bħas-​soltu, hu salvahom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom.+ 20  Bagħat kelmtu u fejjaqhom+U ħelishom mill-​ħofra.+ 21  Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+ 22  U ħa joffru s-​sagrifiċċji taʼ radd il-​ħajr+U jxandru l-​għemejjel tiegħu b’għajta ferriħija.+ 23  Dawk li sejrin fuq il-​baħar bil-​bastimenti,+U jinnegozjaw fuq l-​ilmijiet vasti,+ 24  Raw l-​għemejjel taʼ Ġeħova+U l-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb fil-​qiegħ;+ 25  Kif malli jgħid il-​kelma jqum riefnu qawwi,+U dan jgħolli l-​imwieġ tal-​baħar.+ 26  Huma jitilgħu lejn is-​smewwiet,U jinżlu lejn il-​qiegħ.Minħabba l-​gwaj, ruħhom iddub.+ 27  Jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-​sakra,+U l-​għerf kollu tagħhom jitħawwad.+ 28  U jibdew jgħajtu lil Ġeħova fin-​niket tagħhom,+U hu joħroġhom mill-​pressjonijiet li jkollhom fuqhom.+ 29  Jikkalma r-​riefnu,+Sabiex l-​imwieġ tal-​baħar joqogħdu kwieti.+ 30  U jifirħu għax dawn jikkalmaw,U jmexxihom lejn il-​port li jixxennqu għalih.+ 31  Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+ 32  U ħa jfaħħruh bil-​kbir fil-​kongregazzjoni tal-​poplu;+Ħa jfaħħruh fil-​post fejn ipoġġu x-​xjuħ.+ 33  Hu jibdel ix-​xmajjar f’xagħri,+U n-​nixxigħat taʼ l-​ilma f’art għatxana,+ 34  Art li tagħti l-​frott f’pajjiż mielaħ,+Minħabba l-​ħażen taʼ dawk li jgħammru hemmhekk. 35  Jibdel xagħri f’għadira taʼ l-​ilma kollha qasab,+U l-​art taʼ reġjun bla ilma f’nixxigħat taʼ l-​ilma.+ 36  U jġiegħel lil dawk bil-​ġuħ jgħammru hemmhekk,+Sabiex jistabbilixxi belt li tistaʼ tiġi abitata.+ 37  U jiżirgħu għelieqi u jħawlu oqsma bid-​dwieli,+Li jagħtu ħafna frott.+ 38  U hu jberikhom u joktru ħafna;+U ma jħallix il-​bhejjem tagħhom jonqsu.+ 39  Imma huma jerġgħu jsiru ftit u jinżlu maʼ l-​art+Minħabba l-​oppressjoni, il-​gwaj, u n-​niket.+ 40  Hu jsawwab id-​disprezz fuq in-​nobbli,+Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt, fejn m’hemmx toroq.+ 41  Imma jipproteġi lill-​fqir mis-​sofferenza+U jagħmel minnu ħafna familji bħal merħla kbira.+ 42  Ir-retti jaraw dan u jithennew;+Imma kulmin jagħmel l-​inġustizzja jrid jagħlaq ħalqu.+ 43  Min hu għaref? Dan se josserva dawn l-​affarijiet+U juri li hu attent għall-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt