Salmi 106:1-48

106  Faħħru lil Jah!+Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+   Min jistaʼ jsemmi l-​għemejjel setgħanin taʼ Ġeħova+Jew jagħtih it-​tifħir kollu li ħaqqu?+   Henjin dawk li jħarsu l-​ġustizzja,+Li jagħmlu s-​sewwa l-​ħin kollu.+   Ftakar fija, O Ġeħova, bir-​rieda tajba li turi mal-​poplu tiegħek.+Ħu ħsiebi u salvani,+   Biex inkun nistaʼ nara tjubitek mal-​magħżulin tiegħek,+Biex inkun nistaʼ nifraħ bil-​ferħ tal-​ġens tiegħek+U niftaħar maʼ wirtek.+   Aħna dnibna bħal missirijietna;+Żbaljajna; aġixxejna bil-​ħażen.+   U missirijietna fl-​Eġittu,Ma kellhomx id-​dehen biex jagħrfu l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+Ma ftakrux fl-​abbundanza u l-​kobor tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+Imma aġixxew b’mod ribelluż ħdejn il-​baħar, ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+   U hu salvahom minħabba ismu,+Sabiex jgħarraf setegħtu.+   Għaldaqstant, ċanfar il-​Baħar l-​Aħmar, u dan nixef bil-​mod il-​mod;+U mexxiehom mill-​ilmijiet fondi bħallikieku mix-​xagħri;+ 10  B’hekk salvahom minn id dak li kien jobgħodhom+U ħadhom lura minn id l-​għadu.+ 11  U l-​ilmijiet għattew lill-​avversarji tagħhom;+Lanqas wieħed minnhom ma baqaʼ.+ 12  Imbagħad poġġew il-​fidi f’kelmtu;+Bdew ikantawlu t-​tifħir.+ 13  Iżda malajr insew x’kien għamel;+Ma stennewx il-​parir tiegħu.+ 14  Imma wrew ix-​xewqa egoistika tagħhom fix-​xagħri+U pprovaw lil Alla fid-​deżert.+ 15  U hu tahom dak li riedu+U bagħat fuqhom* marda li herriethom.+ 16  U fil-​kamp bdew jgħiru għal Mosè,+U anki għal Aron il-​qaddis taʼ Ġeħova.+ 17  L-art imbagħad infetħet u belgħet lil Datan,+U radmet lill-​ġemgħa t’Abiram.+ 18  U qabad nar fost il-​ġemgħa tagħhom;+Fjamma belgħet lill-​ħżiena.+ 19  Iktar minn hekk, għamlu għoġol fil-​Ħoreb+U mielu quddiem xbieha magħmula minn metall imdewweb,+ 20  U b’hekk bidlu l-​glorja tiegħi+Maʼ rappreżentazzjoni taʼ barri, li jiekol il-​ħaxix.+ 21  Insewh lil Alla s-​Salvatur tagħhom,+Li għamel affarijiet kbar fl-​Eġittu,+ 22  Għemejjel taʼ l-​għaġeb fil-​pajjiż taʼ Ħam,+Affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+ 23  U kien wasal biex jgħid li se jeqridhom għalkollox,+Li kieku ma kienx għal Mosè l-​magħżul tiegħu,Li daħal għalihom quddiemu,+Biex ireġġaʼ lura l-​korla tiegħu u ma jagħmilhomx ħerba.+ 24  U huma waslu biex jiddisprezzaw l-​art sabiħa;+Ma kellhom ebda fidi fil-​kelma tiegħu.+ 25  U qagħdu jgergru fit-​tined tagħhom;+Ma semgħux minn leħen Ġeħova.+ 26  Għalhekk, hu għolla idu u ħalef dwarhom,+Li kien se jeqridhom fix-​xagħri,+ 27  U li kien se jeqred lil nisilhom fost il-​ġnus+U jxerridhom fost il-​pajjiżi.+ 28  U bdew jintrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor+U jieklu s-​sagrifiċċji offruti lil affarijiet bla ħajja.+ 29  Talli kienu qed joffenduh bl-​aġir tagħhom,+Faqqaʼ flaġell fosthom.+ 30  Imma meta Fineħas qam u ndaħal,+Il-​flaġell waqaf. 31  U dan ngħaddlu bħala ġustizzjaMinn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni u għal żmien indefinit.+ 32  Barra minn hekk, huma qanqlu r-​rabja ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba,+U b’hekk ħabatlu ħażin lil Mosè minħabba fihom.+ 33  Għax huma mlewlu l-​ispirtu tiegħu bl-​imrarU beda jitkellem bla ħsieb b’xofftejh.+ 34  Ma qerdux il-​popli għalkollox,+Kif kien qalilhom Ġeħova.+ 35  Iżda tħalltu mal-​ġnus+U bdew jitgħallmu mill-​imġiba tagħhom.+ 36  U qdew lill-​idoli tagħhom,+U dawn saru nassa għalihom.+ 37  U kienu jissagrifikaw lil uliedhom subien+U bniet lid-​demonji.+ 38  B’hekk baqgħu jxerrdu demm innoċenti,+Id-​demm taʼ wliedhom subien u bniet,Li ssagrifikawhom lill-​idoli taʼ Kangħan;+U l-​art tniġġset bit-​tixrid taʼ demm.+ 39  U ma baqgħux nodfa minħabba l-​għemejjel tagħhom+U ħadu sehem fl-​immoralità b’azzjonijiethom.+ 40  U r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-​poplu tiegħu,+U beda jistkerrah lil wirtu.+ 41  U darba wara l-​oħra tahom f’idejn il-​ġnus,+Biex dawk li jobogħduhom jaħkmu fuqhom,+ 42  U biex l-​għedewwa tagħhom jaħqruhom,U biex jitrażżnu taħt idejhom.+ 43  Bosta drabi kien jeħlishom,+Imma huma kienu jaġixxu b’mod ribelluż fit-​triq diżubbidjenti tagħhom,+U kienu jiġu umiljati għall-​iżball tagħhom.+ 44  Hu kien jara n-​niket tagħhom+Meta kien jismagħhom jgħajtu bil-​ħrara.+ 45  U kien jiftakar fil-​patt tiegħu dwarhom+U jiddispjaċih skond l-​abbundanza u l-​kobor tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+ 46  U kien iħallihom isibu ħnienaF’għajnejn dawk kollha li kienu jżommuhom fil-​jasar.+ 47  Salvana, O Ġeħova Alla tagħna,+U iġborna flimkien minn fost il-​ġnus+Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+Biex nitkellmu bil-​ferħ waqt li nfaħħruk.+ 48  Ikun imbierek Ġeħova l-​Alla taʼ Israel+Minn dejjem għal dejjem;U n-​nies kollha jridu jgħidu Amen.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “f’ruħhom.”