Salmi 105:1-45

105  Irringrazzjaw lil Ġeħova, sejħu ismu,+Għarrfu lill-​popli x’għamel.+   Kantawlu, għannulu,+Ikkunsidraw l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha tiegħu.+   Ftaħru b’ismu qaddis.+Ħa tithenna qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.+   Fittxu lil Ġeħova u s-​saħħa tiegħu.+Fittxu ’l wiċċu l-​ħin kollu.+   Ftakru fl-​għemejjel taʼ l-​għaġeb li wettaq,+Fil-​mirakli tiegħu u fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+   O intom nisel Abraham il-​qaddej tiegħu,+Intom ulied Ġakobb, il-​magħżulin tiegħu.+   Hu Ġeħova Alla tagħna.+Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu huma fl-​art kollha.+   Hu jiftakar il-​patt tiegħu għal żmien indefinit,+Il-​kelma li kkmanda, għal elf ġenerazzjoni,+   Il-patt li għamel m’Abraham,+U l-​ħalfa li għamel lil Iżakk,+ 10  Stqarrija li żammha bħala regolament għal Ġakobb,Bħala patt għal żmien indefinit għal Israel,+ 11  Meta qal: “Lilek nagħtik l-​art taʼ Kangħan+Bħala s-​sehem taʼ wirtkom.”+ 12  Dan sar meta kienu ftit fl-​għadd,+Iva, ftit ferm, u kienu residenti barranin fiha.+ 13  U baqgħu jiġġerrew minn ġens għal ġens,+Minn saltna għal għand poplu ieħor.+ 14  Ma ħalla lil ebda bniedem jimbroljahom,+Imma minħabba fihom hu widdeb lis-​slaten,+ 15  U qal: “Tmissux lill-​midlukin tiegħi,+U tagħmlux deni lill-​profeti tiegħi.”+ 16  U sejjaħ il-​ġuħ fuq l-​art;+Kisser kull bastun li jdendlu l-​ftajjar miegħu.+ 17  Bagħat qabilhom raġelLi nbiegħ biex ikun ilsir, Ġużeppi.+ 18  Bl-irbit weġġgħulu saqajh,+Ruħu kienet marbuta bil-​ħadid;+ 19  Sa dak iż-​żmien li seħħ dak li qal,+Il-​kelma taʼ Ġeħova kienet qed tirfinah.+ 20  Is-sultan bagħat biex jeħilsu;+Il-​ħakkiem tal-​popli, biex iħollu. 21  Qiegħdu bħala sid fuq in-​nies taʼ daru+U bħala ħakkiem fuq il-​proprjetà tiegħu kollha,+ 22  Biex jorbot lill-​prinċpijiet tiegħu kif kien jogħġbu+U biex jgħallem l-​għerf lix-​xjuħ tiegħu.+ 23  U Israel mar l-​Eġittu,+U Ġakobb għex bħala barrani fl-​art taʼ Ħam.+ 24  U Alla baqaʼ jkattar ħafna lin-​nies tiegħu,+U bil-​mod il-​mod għamilhom iktar setgħanin mill-​avversarji tagħhom.+ 25  Ħalla ’l qalbhom tinbidel biex jobogħdu lill-​poplu tiegħu,+Biex jaġixxu b’makakkerija kontra l-​qaddejja tiegħu.+ 26  Bagħat lil Mosè l-​qaddej tiegħu,+Lil Aron li kien għażel.+ 27  Dawn urewhom is-​sinjali tiegħu,+U l-​mirakli fl-​art taʼ Ħam.+ 28  Hu bagħat id-​dlam, u għalhekk dalam;+U huma ma rribellawx kontra kliemu.+ 29  Bidel l-​ilmijiet tagħhom f’demm,+U qatlilhom il-​ħut.+ 30  Arthom kienet miżgħuda biż-​żrinġijiet,+Fil-​kmamar taʼ ġewwa tas-​slaten tagħhom. 31  Ordna lid-​dubbien jiġi,+In-​nemus fit-​territorji kollha tagħhom.+ 32  Il-ħalbiet tagħhom għamilhom tas-​silġ,+Bagħat nar iħeġġeġ fuq arthom.+ 33  U laqtilhom id-​dwieli u s-​siġar tat-​tinU kisser is-​siġar fit-​territorju tagħhom.+ 34  Ordna lill-​ġurati jiġu,+U lil tip taʼ ġurat, iva, bla għadd.+ 35  U kilulhom il-​ħaxix kollu tar-​rabaʼ;+Kilulhom ukoll frott arthom. 36  U laqat lil kull l-​ewwel imwieled f’pajjiżhom,+Il-​bidu tal-​qawwa riproduttiva kollha tagħhom.+ 37  U ħariġhom bil-​fidda u d-​deheb;+U fost it-​tribujiet tiegħu ħadd ma tfixkel fit-​triq. 38  L-Eġittu feraħ meta ħarġu,Għax kien waqaʼ fuqhom il-​biżaʼ tagħhom.+ 39  Firex sħaba bħala għata,+U nar biex jagħti d-​dawl bil-​lejl.+ 40  Huma talbu, u hu ġab is-​summien,+U b’ħobż mis-​sema baqaʼ jxebbagħhom.+ 41  Fetaħ blata, u bdew igelglu l-​ilmijiet;+Dawn għaddew bħal xmara mir-​reġjuni bla ilma.+ 42  Għax hu ftakar fil-​kelma qaddisa tiegħu lil Abraham il-​qaddej tiegħu.+ 43  Għalhekk, ħareġ lill-​poplu tiegħu b’ferħ kbir,+Lill-​magħżulin tiegħu b’għajta ferriħija.+ 44  U ftit ftit tahom il-​pajjiżi tal-​ġnus,+U huma baqgħu jieħdu taħt idejhom il-​prodott tax-​xogħol iebes tal-​popli,+ 45  Bl-għan li jżommu r-​regolamenti tiegħu+U josservaw il-​liġijiet tiegħu.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt