Salmi 104:1-35

104  Bierek lil Ġeħova, O ruħi.+O Ġeħova Alla tiegħi, int kbir ħafna.+Bid-​dinjità u l-​glorja tlibbist,+   Tgeżwirt bid-​dawl bħallikieku b’libsa,+U frixt is-​smewwiet bħal drapp tat-​tined.+   Fl-ilmijiet int bnejt bit-​travi l-​kmamar tiegħek taʼ fuq,+Għamilt is-​sħab il-​karru tiegħek,+Timxi fuq il-​ġwienaħ tar-​riħ,+   Għamilt lill-​anġli tiegħek spirti,+Lill-​ministri tiegħek nar li jiblaʼ.+   Sejjist l-​art fuq il-​postijiet stabbiliti tagħha;+Din qatt u qatt* ma se titħarrek.+   Int għattejtha b’ilmijiet fondi bħallikieku b’libsa.+L-​ilmijiet kienu weqfin ’il fuq mill-​muntanji.+   Maċ-ċanfira tiegħek bdew jaħarbu;+Mal-​ħoss tar-​ragħad tiegħek telqu jiġru bil-​paniku—   Il-muntanji telgħu,+Il-​pjanuri fil-​widien niżlu—Lejn il-​post li sejjist għalihom.   Qegħedtilhom limitu li m’għandhomx jaqbżuh,+Sabiex ma jerġgħux jgħattu l-​art.+ 10  Int qed tibgħat in-​nixxigħat fil-​widien;*+Bejn il-​muntanji jibqgħu għaddejjin. 11  Jisqu kontinwament lill-​bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ;+Iż-​żebri+ jaqtgħu l-​għatx minnhom regolarment. 12  Fuqhom jistrieħu l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet;+Minn bejn ħafna weraq isemmgħu ħosshom.+ 13  Issaqqi l-​muntanji mill-​kmamar tiegħek taʼ fuq.+Bil-​frott taʼ xogħlijietek l-​art xebgħana.+ 14  Qed tnibbet il-​ħaxix aħdar għall-​bhejjem,+U l-​ħxejjex li tinqeda bihom l-​umanità,+Biex joħroġ l-​ikel mill-​art,+ 15  U l-​inbid li jferraħ qalb il-​bniedem mortali,+Biex jagħmel il-​wiċċ ileqq permezz taż-​żejt,+U l-​ħobż li jsostni qalb il-​bniedem mortali.+ 16  Is-siġar taʼ Ġeħova xebgħana,Iċ-​ċedri tal-​Libanu li ħawwel,+ 17  Fejn l-​għasafar jagħmlu l-​bejta.+U fil-​każ taċ-​ċikonja, is-​siġar tal-​ġnibru huma darha.+ 18  Fil-muntanji għoljin+ jgħixu l-​mogħoż tal-​muntanji;+Il-​blat għoli hu refuġju għall-​fniek tax-​xagħri.+ 19  Int għamilt il-​qamar biex jimmarka ż-​żminijiet stabbiliti;+Ix-​xemx taf sew fejn trid tinżel.+ 20  Int tagħmel id-​dlam, biex ikun jistaʼ jsir il-​lejl;+Matulu l-​annimali salvaġġi kollha tal-​foresta joħorġu. 21  L-iljuni b’saħħithom jgħajtu għall-​priża+U jfittxu l-​ikel tagħhom mingħand Alla nnifsu.+ 22  Ix-xemx tibda tiddi+—huma jirtirawU jimteddu fil-​moħbiet tagħhom. 23  Il-bniedem joħroġ għax-​xogħol+U jibqaʼ jaħdem sa fil-​għaxija.+ 24  Kemm huma kotrana xogħlijietek, O Ġeħova!+Kollha bl-​għerf għamilthom.+L-​art mimlija b’dak li pproduċejt.+ 25  U l-​baħar li tant hu kbir u wiesaʼ,+Fih ħlejjaq li jitħarrku bla għadd,+Ħlejjaq ħajjin, żgħar kif ukoll kbar.+ 26  Hemm imorru l-​bastimenti;+U lil Levjatan,*+ int sawwartu biex jilgħab fih.+ 27  Ilkoll kemm huma—lilek jibqgħu jistennew+Biex tagħtihom l-​ikel fl-​istaġun tiegħu.+ 28  Dak li tagħtihom huma jiġbruh.+Int tiftaħ idek—huma jissodisfaw ruħhom b’affarijiet tajbin.+ 29  Jekk taħbi wiċċek, huma jitħawdu.+Jekk tiħdilhom l-​ispirtu tagħhom, imutu,+U jmorru lura lejn it-​trab li ġew minnu.+ 30  Jekk int tibgħat l-​ispirtu tiegħek, huma jinħolqu;+U ġġedded wiċċ l-​art. 31  Il-glorja taʼ Ġeħova tibqaʼ għal dejjem.+Ġeħova se jithenna bil-​ħolqien tiegħu.+ 32  Hu jħares lejn l-​art, u din titriegħed;+Imiss il-​muntanji, u dawn idaħħnu.+ 33  Jien se nkanta lil Ġeħova tul ħajti kollha;+Se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.+ 34  Ħa jieħu gost bija meta nimmedita dwaru.+Jien, min-​naħa tiegħi, se nifraħ b’Ġeħova.+ 35  Il-midinbin se jintemmu minn fuq l-​art;+U dawk mill-​agħar m’humiex se jkunu iktar.+Bierek lil Ġeħova, O ruħi. Faħħru lil Jah!*+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għal żmien indefinit, jew għal dejjem.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”
Jew, “Ħallelujah.” Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.