Salmi 103:1-22

Taʼ David. 103  Bierek lil Ġeħova, O ruħi,+Iva, kulma hemm fija, ħa jbierek l-​isem qaddis tiegħu.+   Bierek lil Ġeħova, O ruħi,U tinsiex kulma għamel,+   Hu li qed jaħfirlek l-​iżbalji kollha,+Li qed ifejqek mill-​mard kollu tiegħek,+   Li qed isalvalek ħajtek mill-​ħofra,+Li qed jinkurunak bil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​ħniniet tiegħu,+   Li qed jissodisfalek għomrok b’dak li hu tajjeb;+Żgħożitek tibqaʼ tiġġedded bħal dik t’ajkla.+   Ġeħova qed iwettaq atti taʼ ġustizzja+U deċiżjonijiet ġudizzjarji għal dawk kollha li qed jiġu imbroljati.+   Hu għarraf triqatu lil Mosè,+L-​għemejjel tiegħu lil ulied Israel.+   Ġeħova ħanin u grazzjuż,+Bil-​mod biex jirrabja u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba.+   Mhux se joqgħod il-​ħin kollu jsib il-​ħtija,+Lanqas ma se jibqaʼ jżomm f’qalbu għal dejjem.+ 10  M’għamlilniex skond dnubietna;+Lanqas ġab fuqna dak li ħaqqna għall-​iżbalji tagħna.+ 11  Għax bħalma s-​smewwiet huma ogħla mill-​art,+Hekk hi superjuri l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+ 12  Daqskemm tlugħ ix-​xemx huwa ’l bogħod minn inżulha,+Daqshekk biegħed minna nuqqasijietna.+ 13  Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu,+Ġeħova wera ħniena maʼ dawk li jibżgħu minnu.+ 14  Għax hu jaf tajjeb kif aħna msawrin,+U jiftakar li aħna trab.+ 15  Imma l-​bniedem mortali, jiemu huma bħal tal-​ħaxix aħdar;+Bħall-​fjur taʼ l-​għalqa jwarrad għal ftit.+ 16  Għax jgħaddi riħ minn fuqu, u ma jkunx iktar;+U l-​post fejn kien ma jibqax jagħrfu.+ 17  Imma l-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova hi minn dejjem għal dejjem+Maʼ dawk li jibżgħu minnu,+U s-​sewwa tiegħu maʼ wlied l-​ulied,+ 18   Maʼ dawk li jħarsu l-​patt tiegħu+U maʼ dawk li jiftakru l-​ordnijiet tiegħu sabiex iwettquhom.+ 19  Ġeħova stabbilixxa fis-​sod it-​tron tiegħu fis-​smewwiet;+U saltnatu tiddomina fuq kollox.+ 20  Bierku lil Ġeħova, O anġli tiegħu,+ setgħanin fil-​qawwa, li qed twettqu kelmtu,+Billi tisimgħu minn leħen kelmtu.+ 21  Bierku lil Ġeħova, armati kollha tiegħu,+Ministri tiegħu, li qed tagħmlu r-​rieda tiegħu.+ 22  Bierku lil Ġeħova, ħolqien kollu tiegħu,+Fil-​postijiet kollha tad-​dominju tiegħu.+Bierek lil Ġeħova, O ruħi.+

Noti taʼ taħt