Salmi 102:1-28

Talba taʼ min ikun qed isofri, li meta jħossu dgħajjef ikun irid jesprimi maʼ Ġeħova dak li jkun qed jinkwetah.+ 102  O Ġeħova, ismaʼ talbi;+U ħa tasal għandek l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+   Taħbix wiċċek minni dakinhar li nsib ruħi f’sitwazzjoni mwiegħra.+Mejjel widintek lejja;+Meta nsejjaħlek, fittex wiġibni.+   Għax jiemi ntemmew bħad-​duħħan,+U għadmi jaqbad bħal ħuġġieġa nar.+   Qalbi ntlaqtet u nixfet bħall-​ħaxix,+Għax insejt niekol l-​ikel tiegħi.+   Minħabba t-​tnehid tiegħi+Għadmi weħel maʼ ġildi.+   Qisni l-​pellikan tax-​xagħri.+Sirt qisni kokka ċkejkna tal-​postijiet abbandunati.   Jien għolobt għall-​aħħar,U sirt qisni għasfur waħdu fuq bejt.+   L-għedewwa tiegħi maqdruni l-​jum kollu.+Dawk li jiddieħqu bija użaw ismi biex jaħilfu u jisħtu.+   Għax jien kilt l-​irmied bħallikieku ħobż;+U x-​xorb tiegħi ħallattu bil-​biki,+ 10  Minħabba l-​kundanna u l-​għadab tiegħek;+Għax int għollejtni, biex tarmini.+ 11  Jiemi huma bħal dell li batta,+U jien inxift bħall-​ħaxix.+ 12  Imma int, O Ġeħova, tibqaʼ għal dejjem,+U t-​tifkira tiegħek tkun minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 13  Int se tqum, se jkollok ħniena minn Sijon,+Għax huwa l-​istaġun li tħenn għaliha,U wasal iż-​żmien stabbilit.+ 14  Għax il-​qaddejja tiegħek jitgħaxxqu bil-​ġebel tagħha,+U t-​trab tagħha jgħożżuh.+ 15  Se jibżgħu l-​ġnus minn isem Ġeħova,+U s-​slaten kollha taʼ l-​art mill-​glorja tiegħek.+ 16  Għax Ġeħova se jibni lil Sijon;+Se jidher fil-​glorja tiegħu.+ 17  Hu se jdur lejn it-​talba taʼ dawk imneżżgħin minn kollox,+U t-​talba tagħhom ma jistmerrhiex.+ 18  Dan miktub għall-​ġenerazzjoni tal-​futur;+U l-​poplu li għad irid jinħoloq se jfaħħar lil Jah.+ 19  Għax hu ħares ’l isfel mill-​post qaddis tiegħu fl-​għoli,+Mis-​smewwiet Ġeħova ttawwal lejn l-​art,+ 20  Biex jismaʼ t-​tnehid tal-​priġunier,+U jħoll lil dawk li qatgħuhielhom għall-​mewt;+ 21  Biex l-​isem taʼ Ġeħova jiġi dikjarat f’Sijon+U t-​tifħir tiegħu f’Ġerusalemm,+ 22  Meta jinġabru lkoll flimkien il-​popli+U s-​saltniet biex jaqdu lil Ġeħova.+ 23  F’nofs it-​triq, hu dgħajjef il-​qawwa tiegħi,+Qassarli jiemi.+ 24  Jien għedt: “O Alla tiegħi,Tneħħinix f’nofs żmieni;+Sninek huma għall-​ġenerazzjonijiet kollha.+ 25  Żmien twil ilu int qegħedt is-​sisien taʼ l-​art,+U s-​smewwiet huma għemil idejk.+ 26  Dawn jgħibu, imma int innifsek tibqaʼ wieqaf;+U bħal libsa lkoll jitmermru.+Bħall-​ħwejjeġ int tibdilhom, u huma jtemmu żmienhom.+ 27  Imma int tibqaʼ l-​istess, u sninek ma jintemmux.+ 28  Ulied il-​qaddejja tiegħek se jkomplu jgħammru fejn qegħdin;+U nisilhom jibqaʼ stabbilit fis-​sod quddiemek.”+

Noti taʼ taħt