Salmi 10:1-18

ל [Lamed] 10  Għala, O Ġeħova, tibqaʼ wieqaf ’il bogħod?+Għala tibqaʼ moħbi fi żminijiet taʼ niket?+   Billi hu supperv, il-​bniedem mill-​agħar jiġri b’determinazzjoni wara l-​magħkus;+Huma jinqabdu bl-​ideat li ħasbu fihom.+   Għax il-​bniedem mill-​agħar ftaħar bix-​xewqa egoistika taʼ ruħu,+U dak li għamel qligħ b’regħba,+ bierek lilu nnifsu; נ [Nun]Ma weriex rispett lejn Ġeħova.+   Fl-arroganza tiegħu, il-​bniedem mill-​agħar ma jagħtix kas;+L-​ideat kollha tiegħu huma: “M’hemmx Alla.”+   Triqatu jirnexxu dejjem.+Il-​ġudizzji tiegħek huma fl-​għoli wisq għalih;+U dawk kollha li jiħduha kontrih, jiddieħaq bihom.+   Qal f’qalbu: “M’iniex se nitħarrek;+Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ebda gwaj ma se jiġi fuqi.”+ פ [Pe]   Fommu mimli ħalf u qerq u moħqrija.+Taħt ilsienu hemm l-​inkwiet u l-​ħsara.+   Joqgħod għassa ħdejn l-​irħula;Fil-​moħbi joqtol lil xi ħadd innoċenti.+ ע [Għajn]Għajnejh jgħarrxu għal xi ħadd sfortunat.+   Joqgħod jistenna fejn ma jidhirx bħal iljun fil-​moħba tiegħu.+Joqgħod jistenna+ biex ikaxkar bil-​forza lil xi ħadd magħkus.Ikaxkar bil-​forza lill-​magħkus meta jagħlaq ix-​xibka tiegħu.+ 10  Minħabba fih il-​magħkus jitfarrak, jitbaxxa,U l-​kotra taʼ msejknin taqaʼ taħt difrejh b’saħħithom.+ 11  Qal f’qalbu:+ “Alla nesa.+Ħeba wiċċu.+Qatt m’hu se jara.”+ ק [Kof] 12  Qum,+ O Ġeħova. O Alla, erfaʼ idek.+Tinsiex lill-​magħkusin.+ 13  Il-bniedem mill-​agħar għala ma weriex rispett lejn Alla?+Qal f’qalbu: “M’intix se titlob kont.”+ ר [Rex] 14  Għax int rajt l-​inkwiet u d-​dwejjaq.Tibqaʼ tħares, biex tiħodhom f’idejk.+L-​isfortunat,+ it-​tifel bla missier, jafda ruħu f’idejk.Int sirt l-​għajnuna tiegħu.+ ש [Xin] 15  Ikser driegħ il-​bniedem mill-​agħar u ħażin.+Ikkastigah għall-​ħażen tiegħu sakemm ma ssiblux iktar.+ 16  Ġeħova hu Sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+Il-​ġnus għabu mill-​art tiegħu.+ ת [Taw] 17  Ix-xewqa tal-​ġwejdin int tismagħha żgur,+ O Ġeħova.Se tħejjilhom qalbhom.+Se tagħti kashom billi tiftaħ widnejk,+ 18  Biex twettaq ġustizzja mat-​tifel bla missier u maʼ l-​imfarrak,+Sabiex il-​bniedem mortali taʼ l-​art ma jkunx jistaʼ jbeżżaʼ iktar.+

Noti taʼ taħt