Rumani 9:1-33

9  Jien qed ngħid il-​verità+ fi Kristu; m’iniex qed nigdeb,+ ladarba l-​kuxjenza tiegħi tixhed miegħi fl-​ispirtu qaddis  li f’qalbi+ għandi niket kbir u wġigħ bla waqfien.  Għax nixtieq li jien stess kont mifrud mill-​Kristu bħala l-​misħut għan-​nom taʼ ħuti,+ qrabati skond il-​laħam,+  li huma Israelin+ u li tagħhom huma l-​adozzjoni bħala wlied+ u l-​glorja+ u l-​pattijiet+ u l-​għoti tal-​Liġi+ u s-​servizz sagru+ u l-​wegħdi;+  li tagħhom huma l-​missirijiet+ u li minnhom ħareġ il-​Kristu skond il-​laħam:+ ikun imbierek għal dejjem Alla,+ li hu fuq kollox u fuq kulħadd. Amen.  Madankollu, m’huwiex bħallikieku l-​kelma t’Alla ma seħħitx.+ Għax mhux dawk kollha li joħorġu minn Israel huma tassew “Israel.”+  Lanqas m’huma lkoll ulied+ għax huma nisel Abraham, imma: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+  Jiġifieri, ulied il-​laħam+ m’humiex tassew ulied Alla,+ imma wlied il-​wegħda+ jitqiesu bħala n-​nisel.  Għax il-​kelma tal-​wegħda kienet din: “F’dan iż-​żmien niġi u Sara jkollha iben.”+ 10  U mhux f’dan il-​każ biss, imma wkoll meta Rebekka ħarġet tqila b’tewmin+ minn missierna Iżakk: 11  għax meta kienu għadhom ma twildux u kienu għadhom m’għamlu xejn tajjeb jew ħażin,+ sabiex l-​iskop t’Alla dwar l-​għażla jibqaʼ jiddependi minn Dak li jsejjaħ+ u mhux mill-​għemejjel, 12  intqalilha: “Il-​kbir ikun l-​ilsir taż-​żgħir.”+ 13  Bħalma hu miktub: “Ħabbejt lil Ġakobb, imma bgħadt+ lil Għesaw.” 14  Allura, x’ngħidu? Li Alla+ hu inġust? Jalla qatt ma jiġri dan! 15  Għax lil Mosè jgħidlu: “Inħenn għal min inħenn, u nagħder lil min nagħder.”+ 16  Għalhekk, mela, ma jiddependix minn min jixtieq u lanqas minn min jiġri, imma minn Alla+ li jħenn.+ 17  Għax l-​Iskrittura tgħid lill-​Fargħun: “Għal dan l-​istess skop ħallejtek tibqaʼ, biex permezz tiegħek nuri l-​qawwa tiegħi u ismi jixxandar fl-​art kollha.”+ 18  Għalhekk, mela, iħenn+ għal min irid hu, imma lil min irid hu jħallih isir stinat.+ 19  Għaldaqstant int tgħidli: “Għala għadu jsib il-​ħtija? Għax min waqfilha r-​rieda tiegħu+ li kienet dikjarata b’mod ċar?” 20  O bniedem,+ int min int biex tirrispondi lil Alla?+ Tistaʼ l-​ħaġa msawra tgħid lil min sawwarha, “Għala għamiltni hekk?”+ 21  Jaqaw il-​fuħħari+ m’għandux awtorità fuq it-​tafal biex mill-​istess ċappa jagħmel reċipjent għal użu onorabbli u ieħor għal użu mhux onorabbli?+ 22  Issa, jekk Alla, għalkemm għandu r-​rieda li juri l-​korla tiegħu u jgħarraf il-​qawwa tiegħu, ittollera b’ħafna sabar fit-​tul ir-​reċipjenti taʼ korla li jistħoqqilhom il-​qerda,+ 23  sabiex jgħarraf ir-​rikkezzi+ tal-​glorja tiegħu lir-​reċipjenti+ taʼ ħniena, li hu ħejja minn qabel għall-​glorja,+ 24  jiġifieri, lilna, li sejħilna mhux biss minn fost il-​Lhud imma wkoll minn fost il-​ġnus,+ b’daqshekk x’ġara? 25  Hu bħalma jgħid ukoll f’Ħosea: “Insejjaħ ‘il-​poplu tiegħi’ lil dawk li m’humiex il-​poplu tiegħi,+ u ‘maħbuba’+ lil dik li ma kinitx maħbuba; 26  u fil-​post fejn intqalilhom, ‘M’intomx il-​poplu tiegħi,’ hemmhekk jissejħu ‘wlied l-​Alla l-​ħaj.’”+ 27  Iktar minn hekk, Isaija jgħid b’leħen għoli dwar Israel: “Għalkemm l-​għadd taʼ wlied Israel ikun daqs ir-​ramel tal-​baħar,+ hu l-​fdal li jiġi salvat.+ 28  Għax Ġeħova jitlob kont minn dawk fuq l-​art, u jwasslu sat-​tmiem bla dewmien.”+ 29  Ukoll, bħalma Isaija qal minn qabel: “Kieku Ġeħova taʼ l-​armati+ ma ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma, u nintgħamlu bħal Gomorra.”+ 30  Allura, x’ngħidu? Li n-​nies tal-​ġnus, għalkemm ma kinux qed jiġru wara l-​ġustizzja, waslu sal-​ġustizzja,+ il-​ġustizzja li tiġi mill-​fidi;+ 31  imma Israel, għalkemm ġera wara liġi tal-​ġustizzja, ma wasalx sal-​liġi.+ 32  Għala? Għax ma ġeriex warajha bil-​fidi, imma bħallikieku setgħet tinkiseb bl-​għemejjel.+ Huma tfixklu fil-​“ġebla taʼ tfixkil”;+ 33  bħalma hu miktub: “Ara! Qed inqiegħed f’Sijon ġebla+ taʼ tfixkil u blata t’offiża,+ imma min ipoġġi l-​fidi tiegħu fiha ma jkunx diżappuntat.”+

Noti taʼ taħt