Rumani 8:1-39

8  Għalhekk, dawk li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu Ġesù m’għandhomx kundanna.+  Għax il-​liġi+ taʼ dak l-​ispirtu+ li jagħti l-​ħajja+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù ħelsitkom+ mil-​liġi tad-​dnub u l-​mewt.+  Għax, dak li ma setgħetx tagħmel il-​Liġi,+ minħabba li kienet dgħajfa+ permezz tal-​laħam, għamlu Alla, billi bagħat lil Ibnu stess+ fix-​xebh tal-​laħam midneb+ biex ineħħi d-​dnub.+ U b’hekk ikkundanna d-​dnub fil-​laħam,  biex il-​ħtieġa ġusta tal-​Liġi titwettaq+ fina li nimxu skond l-​ispirtu+ u mhux skond il-​laħam.  Għax dawk li huma f’armonija mal-​laħam jixħtu moħħhom fuq l-​affarijiet tal-​laħam,+ imma dawk li huma f’armonija maʼ l-​ispirtu fuq l-​affarijiet taʼ l-​ispirtu.+  Għax li tkun moħħok fil-​laħam ifisser mewt,+ imma li tkun moħħok fl-​ispirtu+ jfisser ħajja u paċi;  għax li tkun moħħok fil-​laħam ifisser għadwa+ m’Alla, għax il-​laħam m’huwiex sottomess+ lejn il-​liġi t’Alla, fil-​fatt, lanqas ma jistaʼ jkun sottomess.  Għalhekk, dawk li huma f’armonija mal-​laħam+ ma jistgħux jogħġbu lil Alla.  Madankollu, intom f’armonija maʼ l-​ispirtu+ mhux mal-​laħam, jekk l-​ispirtu t’Alla verament jgħammar fikom.+ Imma jekk xi ħadd m’għandux l-​ispirtu taʼ Kristu,+ dan m’huwiex taʼ Kristu. 10  Imma jekk Kristu hu f’unjoni magħkom,+ il-​ġisem tabilħaqq hu mejjet minħabba d-​dnub, imma l-​ispirtu hu l-​ħajja+ minħabba l-​ġustizzja. 11  Issa, jekk l-​ispirtu taʼ dak li qajjem lil Ġesù mill-​imwiet jgħammar fikom, dak li qajjem lil Kristu Ġesù mill-​imwiet+ se jagħmel ħaj+ ukoll, permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu li jgħammar fikom, lill-​ġisem mortali tagħkom. 12  Għalhekk, mela, ħuti, m’aħniex obbligati lejn il-​laħam biex ngħixu skond il-​laħam;+ 13  għax jekk tgħixu skond il-​laħam tmutu żgur;+ imma jekk bl-​ispirtu tagħtu l-​mewt+ lid-​drawwiet tal-​ġisem, tgħixu. 14  Għax dawk kollha li huma mmexxijin mill-​ispirtu t’Alla huma wlied Alla.+ 15  Għax intom ma rċivejtux spirtu taʼ jasar li jerġaʼ jġib il-​biżaʼ,+ imma rċivejtu spirtu+ t’adozzjoni+ bħala wlied; b’dan l-​ispirtu aħna ngħajtu: “Abba,*+ Missier!” 16  L-ispirtu+ nnifsu jixhed+ maʼ l-​ispirtu tagħna+ li aħna wlied Alla.+ 17  Mela, jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta: iva, werrieta t’Alla, imma werrieta+ bi sħab maʼ Kristu, dment li nsofru+ flimkien biex inkunu wkoll glorifikati flimkien.+ 18  Għaldaqstant, jien tal-​fehma li t-​tbatijiet+ taʼ dan iż-​żmien stabbilit m’huma xejn meta tqabbilhom mal-​glorja+ li se tiġi rivelata fina. 19  Għax il-​ħolqien+ qed jistenna+ bil-​ħerqa li jiġu rivelati wlied Alla.+ 20  Għax il-​ħolqien kien suġġettat għall-​frugħa,+ mhux għax ried hu imma minħabba dak li ssuġġettah, bit-​tama+ 21  li l-​istess ħolqien+ ukoll jinħeles+ mill-​jasar tat-​taħsir u jkollu l-​libertà glorjuża taʼ wlied Alla. 22  Għax aħna nafu li s’issa l-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien. 23  Mhux hekk biss, imma anki aħna li għandna l-​ewwel frott,+ jiġifieri, l-​ispirtu, iva, aħna stess nokorbu+ fina nfusna, waqt li qed nistennew bil-​ħerqa l-​adozzjoni bħala wlied,+ li ninħelsu minn ġisimna bil-​fidwa. 24  Għax konna salvati b’din it-​tama,+ imma tama li tistaʼ taraha m’hijiex tama, għax kif jistaʼ bniedem li qed jara xi ħaġa jittama għaliha? 25  Imma jekk nittamaw+ għal xi ħaġa li ma narawhiex,+ nibqgħu nistennewha bis-​sabar.+ 26  Bl-istess mod, l-​ispirtu+ wkoll jingħaqad biex jgħinna fid-​dgħjufija tagħna;+ għax il-​problema hi li ma nafux+ għalxiex għandna nitolbu kif hemm bżonn li nagħmlu, imma l-​ispirtu+ nnifsu jitlob bil-​ħniena għalina bi krib li ma jitlissinx. 27  Iżda dak li jfittex fil-​qlub+ jaf x’inhi t-​tifsira* taʼ l-​ispirtu,+ għax dan qed jitlob bil-​ħniena f’armonija m’Alla għall-​qaddisin.+ 28  Issa aħna nafu li Alla jġiegħel l-​għemejjel kollha tiegħu+ jaħdmu id f’id għall-​ġid taʼ dawk li jħobbu lil Alla, dawk imsejħin skond l-​iskop tiegħu;+ 29  għax lil dawk li rrikonoxxa+ l-​ewwel hu wkoll iddetermina minn qabel+ biex ikunu mfasslin+ fuq ix-​xbieha+ taʼ Ibnu, sabiex dan ikun l-​ewwel imwieled+ fost ħafna aħwa.+ 30  Iktar minn hekk, dawk li ddetermina minn qabel+ huma wkoll dawk li sejjaħ;+ u dawk li sejjaħ huma wkoll dawk li ddikjara ġusti.+ Fl-​aħħarnett, dawk li ddikjara ġusti huma wkoll dawk li gglorifika.+ 31  Allura, x’ngħidu għal dan? Jekk Alla hu favur tagħna, min se jkun kontra tagħna?+ 32  Hu li lanqas lil Ibnu+ stess ma ħelisha imma tah għalina lkoll,+ għala ma jagħtiniex miegħu wkoll b’qalb tajba l-​affarijiet l-​oħra kollha?+ 33  Min se jakkuża l-​magħżulin+ t’Alla? Hu Alla li jiddikjarahom ġusti.+ 34  Min hu li se jikkundanna? Kristu Ġesù hu li miet, iva, anzi li ġie mqajjem mill-​imwiet, li qiegħed fuq il-​lemin+ t’Alla, u li wkoll jitlob bil-​ħniena għalina.+ 35  Min se jifridna mill-​imħabba tal-​Kristu?+ It-​tribulazzjoni jew in-​niket jew il-​persekuzzjoni jew il-​ġuħ jew l-​għera jew il-​periklu jew is-​sejf?+ 36  Bħalma hu miktub: “Minħabba fik qed ningħataw il-​mewt il-​jum kollu, ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-​qatla.”+ 37  Għall-kuntrarju, f’dan kollu qed noħorġu rebbiħin+ għalkollox permezz taʼ dak li ħabbna. 38  Għax jien konvint li la l-​mewt, la l-​ħajja,+ la l-​anġli,+ la l-​gvernijiet,+ la l-​affarijiet t’issa, la l-​affarijiet li għad iridu jiġu, la l-​qawwiet,+ 39  la l-​għoli u lanqas il-​fond, u l-​ebda ħolqien ieħor ma jistaʼ jifridna mill-​imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

Noti taʼ taħt

Ara Mk 14:36, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “l-​intenzjoni; il-​ħsieb.”