Rumani 7:1-25

7  Jistaʼ jkun li ma tafux, ħuti, (għax jien qed nitkellem maʼ dawk li jafu l-​liġi,) li l-​Liġi tiddomina bniedem sakemm idum ħaj?+  Per eżempju, mara miżżewġa hi marbuta bil-​liġi maʼ żewġha sakemm idum ħaj; imma jekk imut żewġha, tinħeles mil-​liġi taʼ żewġha.+  Għalhekk, mela, waqt li żewġha jkun ħaj, tissejjaħ adultera jekk issir taʼ raġel ieħor.+ Iżda jekk imut żewġha, hi ħielsa mil-​liġi tiegħu, u b’hekk ma tkunx adultera jekk issir taʼ raġel ieħor.+  Għaldaqstant, ħuti, intom ukoll sirtu mejtin għal-​Liġi+ permezz tal-​ġisem tal-​Kristu sabiex issiru taʼ ħaddieħor,+ taʼ dak li ġie mqajjem mill-​imwiet,+ biex nagħmlu l-​frott+ għal Alla.  Għax meta konna f’armonija mal-​laħam,+ il-​passjonijiet midinbin li nkixfu mil-​Liġi kienu qed jaħdmu fil-​membri taʼ ġisimna biex b’hekk nipproduċu frott għall-​mewt.+  Imma issa nħlisna mil-​Liġi,+ għax mitna+ għal dak li bih konna qed niġu miżmumin sod, biex inkunu lsiera+ f’sens ġdid bl-​ispirtu,+ u mhux fis-​sens il-​qadim bil-​liġi miktuba.+  Allura, x’ngħidu? Hi l-​Liġi dnub?+ Jalla qatt ma jiġri dan! Tassew, jien ma kontx inkun naf x’inhu dnub+ kieku ma kienx għal-​Liġi; per eżempju, ma kontx inkun naf x’inhi xenqa b’għira+ kieku l-​Liġi ma qalitx: “Tixxennaqx b’għira.”+  Imma d-​dnub, imħajjar mill-​kmandament,+ ipproduċa fija kull xorta taʼ xenqa b’għira, għax mingħajr il-​liġi d-​dnub kien mejjet.+  Fil-fatt, jien darba kont ħaj mingħajr il-​liġi;+ imma meta wasal+ il-​kmandament, id-​dnub reġaʼ ħa l-​ħajja, imma jien mitt.+ 10  U l-​kmandament li kien għall-​ħajja,+ sibtu li hu għall-​mewt.+ 11  Għax id-​dnub, imħajjar mill-​kmandament, qarraq+ bija u qatilni permezz tiegħu. 12  Għaldaqstant, min-​naħa tagħha, il-​Liġi hi qaddisa,+ u l-​kmandament hu qaddis, ġust,+ u tajjeb.+ 13  Allura, dak li hu tajjeb sar mewt għalija? Jalla qatt ma jkun dan! Imma d-​dnub iva, sabiex jintwera li hu d-​dnub li qed jipproduċili l-​mewt permezz taʼ dak li hu tajjeb;+ biex id-​dnub isir ferm iktar ħażin permezz tal-​kmandament.+ 14  Aħna nafu li l-​Liġi hi spiritwali;+ imma jien tal-​laħam, mibjugħ lid-​dnub.+ 15  Għax ma nafx x’qed nagħmel. Għax ma nipprattikax dak li nixtieq; imma nagħmel dak li nobgħod. 16  Madankollu, jekk nagħmel+ dak li ma nixtieqx, naqbel li l-​Liġi hi tajba.+ 17  Imma issa m’huwiex iktar jien li qed nagħmel dan, imma d-​dnub li jgħammar fija.+ 18  Għax naf li fija, jiġifieri, f’laħmi, ma jgħammar xejn tajjeb;+ għax fija għandi abbiltà biex nixtieq,+ imma abbiltà biex nagħmel+ dak li hu tajjeb m’għandix. 19  Għax ma nagħmilx+ it-​tajjeb li nixtieq, imma nipprattika l-​ħażin li ma nixtieqx. 20  Issa, jekk nagħmel dak li ma nixtieqx, m’huwiex iktar jien li qed nagħmel dan, imma d-​dnub li qed jgħammar fija.+ 21  Allura, fil-​każ tiegħi nsib din il-​liġi: li meta nixtieq nagħmel dak li hu sewwa,+ dak li hu ħażin ikolli fija.+ 22  Jien tassew nitgħaxxaq+ bil-​liġi t’Alla skond il-​bniedem+ li jien minn ġewwa, 23  imma fil-​membri taʼ ġismi+ nara liġi oħra tiġġieled+ kontra l-​liġi taʼ moħħi+ u tjassarni għal-​liġi tad-​dnub+ li hemm fil-​membri taʼ ġismi. 24  Bniedem miżerabbli li jien! Min jeħlisni mill-​ġisem li qed iġarrab din il-​mewt?+ 25  Ħajr lil Alla permezz taʼ Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna!+ Għalhekk, mela, b’moħħi jien ilsir tal-​liġi t’Alla,+ imma b’laħmi lsir tal-​liġi tad-​dnub.+

Noti taʼ taħt