Rumani 6:1-23

6  Għaldaqstant, x’ngħidu? Inkomplu fid-​dnub biex toktor+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa?  Jalla qatt ma jkun dan! Ladarba mitna għad-​dnub,+ kif se nkomplu ngħixu iktar fih?+  Jew ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù+ tgħammidna f’mewtu?+  Għalhekk aħna ndfinna+ miegħu permezz tal-​magħmudija tagħna f’mewtu, sabiex bħalma Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet permezz tal-​glorja tal-​Missier,+ hekk ukoll aħna għandna nimxu f’ħajja ġdida.+  Għax jekk ngħaqadna miegħu f’mewt+ li tixbah lil tiegħu, żgur li se ningħaqdu miegħu wkoll fi rxoxt+ li jixbah lil tiegħu;  għax nafu li l-​personalità l-​qadima tagħna ssammret fuq iz-​zokk miegħu+ biex il-​ġisem midneb tagħna ma jibqax attiv+ u ma nibqgħux iktar ilsiera tad-​dnub.+  Għax min miet inħeles mid-​dnub.+  Iktar minn hekk, jekk mitna maʼ Kristu, nemmnu li se ngħixu wkoll miegħu.+  Għax nafu li issa li ġie mqajjem mill-​imwiet,+ Kristu ma jmutx iktar;+ il-​mewt m’għadhiex tiddominah. 10  Għax il-​mewt li miet kienet mewt għad-​dnub darba għal dejjem;+ imma l-​ħajja li jgħix, qed jgħixha għal Alla.+ 11  Hekk ukoll intom: għoddu ruħkom li intom veru mejtin+ għad-​dnub imma ħajjin+ għal Alla bi Kristu Ġesù. 12  Għalhekk, tħallux id-​dnub ikompli jsaltan+ fil-​ġisem mortali tagħkom biex tobdu x-​xewqat tiegħu.+ 13  U tibqgħux tippreżentaw il-​membri taʼ ġisimkom lid-​dnub+ bħala armi taʼ l-​inġustizzja,+ imma ppreżentaw ruħkom lil Alla bħala ħajjin+ mill-​imwiet u l-​membri taʼ ġisimkom lil Alla bħala armi+ tal-​ġustizzja. 14  Għax id-​dnub m’għandux jiddominakom, ladarba m’intomx taħt il-​liġi+ imma taħt il-​qalb tajba mhix mistħoqqa.+ 15  X’nagħmlu mela? Nidinbu għax m’aħniex taħt il-​liġi+ imma taħt il-​qalb tajba mhix mistħoqqa?+ Jalla qatt ma jkun dan! 16  Ma tafux li jekk tibqgħu tippreżentaw ruħkom lil xi ħadd bħala lsiera biex tobduh tkunu lsiera tiegħu għax tobduh,+ tad-​dnub+ li jwassal+ għall-​mewt jew taʼ l-​ubbidjenza+ li twassal għall-​ġustizzja?+ 17  Imma ħajr lil Alla li kontu l-​ilsiera tad-​dnub iżda sirtu tobdu mill-​qalb dik l-​għamla taʼ tagħlim li ġejtu mogħtijin għaliha.+ 18  Iva, ladarba nħlistu+ mid-​dnub, sirtu lsiera+ tal-​ġustizzja.+ 19  Qed nitkellem taʼ bniedem minħabba d-​dgħjufija taʼ laħamkom:+ għax bħalma ppreżentajtu l-​membri taʼ ġisimkom+ bħala lsiera tan-​nuqqas taʼ ndafa+ u tal-​ksur tal-​liġi biex tagħmlu dak li hu kontra l-​liġi, hekk issa ppreżentaw il-​membri taʼ ġisimkom bħala lsiera tal-​ġustizzja biex tagħmlu dak li hu qaddis.+ 20  Għax meta kontu lsiera tad-​dnub,+ kontu ħelsin mill-​ġustizzja. 21  Allura, x’kien il-​frott+ tagħkom dak iż-​żmien? Affarijiet+ li issa jġegħlukom tistħu, għax it-​tmiem tagħhom hu l-​mewt.+ 22  Madankollu, issa, peress li nħlistu mid-​dnub u sirtu lsiera t’Alla,+ il-​frott tagħkom+ hu l-​qdusija tagħkom, u t-​tmiem hu l-​ħajja taʼ dejjem.+ 23  Għax il-​ħlas li jagħti d-​dnub hu l-​mewt,+ imma l-​għotja+ li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem+ bi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

Noti taʼ taħt