Rumani 5:1-21

5  Għalhekk, issa li ġejna dikjarati ġusti minħabba l-​fidi,+ ħa ngawdu l-​paċi+ m’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu,  li permezz tiegħu wkoll aħna ksibna l-​mezz biex nersqu+ bil-​fidi lejn din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ninsabu fiha issa; u ħa nifirħu bit-​tama+ tal-​glorja t’Alla.  U mhux hekk biss, imma ħa nifirħu meta nkunu f’xi tribulazzjoni,+ ladarba nafu li t-​tribulazzjoni tipproduċi s-​sabar;+  imbagħad, is-​sabar jipproduċi l-​approvazzjoni+ t’Alla, u l-​approvazzjoni t’Alla tipproduċi t-​tama,+  u t-​tama ma twassalx għal diżappunt;+ għax l-​imħabba t’Alla+ tferrgħet fi qlubna+ permezz taʼ l-​ispirtu qaddis+ li kien mogħti lilna.  Għax, tabilħaqq, waqt li konna għadna dgħajfin,+ Kristu miet fiż-​żmien stabbilit+ għal nies mhux devoti.  Bilkemm xi ħadd ikun irid imut għal bniedem ġust;+ iva, għat-​tajjeb+ forsi xi ħadd jissogra jmut.+  Imma Alla jirrikkmandalna mħabbtu+ għax, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.+  Għalhekk, la issa ġejna dikjarati ġusti b’demmu,+ kemm iktar se niġu salvati mill-​korla+ permezz tiegħu! 10  Għax jekk, meta konna għedewwa,+ erġajna tħabbibna m’Alla permezz tal-​mewt taʼ Ibnu,+ kemm iktar issa li rġajna tħabbibna se niġu salvati permezz taʼ ħajtu!+ 11  U mhux hekk biss, imma qed nifirħu f’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa rċivejna dan it-​tħabbib.+ 12  Huwa għalhekk li bħalma permezz taʼ bniedem wieħed+ id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt,+ u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu+—. 13  Għax sal-​Liġi d-​dnub kien fid-​dinja, imma ħadd ma jistaʼ jiġi akkużat bid-​dnub meta m’hemmx liġi.+ 14  Madankollu, il-​mewt saltnet minn Adam sa Mosè,+ anki fuq dawk li ma dinbux b’mod simili għal kif kiser il-​liġi Adam,+ li jixbah lil dak li kellu jiġi.+ 15  Imma l-​għotja m’hijiex bħalma kien in-​nuqqas. Għax bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed mietu ħafna. Madankollu, il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u l-​għotja b’xejn tiegħu flimkien mal-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ bniedem wieħed,+ Ġesù Kristu, kotru ferm iktar għal ħafna.+ 16  Ukoll, l-​għotja b’xejn+ m’hijiex bħall-​mod kif ġraw l-​affarijiet permezz taʼ dak li dineb.+ Għax il-​ġudizzju+ rriżulta minn nuqqas wieħed f’kundanna,+ imma l-​għotja rriżultat minn ħafna nuqqasijiet f’dikjarazzjoni taʼ ġustizzja.+ 17  Għax jekk bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed+ il-​mewt saltnet+ permezz tiegħu, kemm iktar dawk li jirċievu l-​abbundanza tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ u taʼ l-​għotja b’xejn+ tal-​ġustizzja se jsaltnu+ fil-​ħajja permezz taʼ persuna waħda, Ġesù Kristu.+ 18  Għalhekk, mela, bħalma b’nuqqas wieħed ir-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta kien il-​kundanna,+ hekk ukoll b’att wieħed taʼ ġustifikazzjoni+ r-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta+ hu li jiġu dikjarati ġusti għall-​ħajja.+ 19  Għax bħalma bid-​diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed ħafna+ saru midinbin, hekk ukoll bl-​ubbidjenza+ taʼ persuna waħda ħafna+ se jsiru ġusti.+ 20  Issa l-​Liġi+ daħlet ukoll sabiex in-​nuqqasijiet joktru.+ Imma fejn kotor id-​dnub,+ kotrot iktar u iktar il-​qalb tajba mhix mistħoqqa.+ 21  Għal liema għan? Sabiex bħalma d-​dnub saltan mal-​mewt,+ hekk ukoll il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ ssaltan bil-​ġustizzja għall-​ħajja taʼ dejjem+ permezz taʼ Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna.

Noti taʼ taħt