Rumani 4:1-25

4  Għalhekk, x’ngħidu dwar Abraham, missierna+ skond il-​laħam?  Per eżempju, kieku Abraham kien dikjarat ġust minħabba l-​għemejjel,+ kien ikollu għalxiex jiftaħar; imma mhux m’Alla.  Għax x’tgħid l-​iskrittura? “Abraham eżerċita l-​fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”+  Issa min jaħdem,+ il-​paga ma tgħoddlux bħala għotja b’xejn,*+ imma bħala dejn.+  Mill-banda l-​oħra, min ma jaħdimx imma jpoġġi l-​fidi+ f’dak li jiddikjara ġust lil min mhux devot, il-​fidi tiegħu tingħaddlu bħala ġustizzja.+  Bħalma jgħid ukoll David dwar l-​hena tal-​bniedem li Alla jgħoddlu l-​ġustizzja mingħajr l-​għemejjel:  “Henjin dawk li l-​għemejjel tagħhom kontra l-​liġi nħafrulhom+ u li dnubiethom ġew mgħottijin;+  hieni l-​bniedem li Ġeħova ma jitolbux kont+ taʼ dnubu.”  Allura, dan l-​hena jiġi fuq nies ċirkonċiżi jew ukoll fuq nies mhux ċirkonċiżi?+ Għax aħna ngħidu: “Il-​fidi t’Abraham ngħadditlu bħala ġustizzja.”+ 10  Għalhekk, f’liema ċirkustanzi kienet magħduda? Meta kien biċ-​ċirkonċiżjoni jew meta kien mingħajr iċ-​ċirkonċiżjoni?+ Mhux meta kien biċ-​ċirkonċiżjoni, imma meta kien mingħajr iċ-​ċirkonċiżjoni. 11  U rċieva sinjal,+ jiġifieri, iċ-​ċirkonċiżjoni, bħala siġill tal-​ġustizzja minħabba l-​fidi li kellu meta kien għadu mhux ċirkonċiż, biex b’hekk ikun il-​missier+ taʼ dawk kollha li jkollhom il-​fidi+ waqt li jkunu mingħajr ċirkonċiżjoni, sabiex tingħaddilhom il-​ġustizzja; 12  u missier taʼ nisel ċirkonċiż, mhux biss taʼ dawk li jżommu maċ-​ċirkonċiżjoni, imma wkoll taʼ dawk li jimxu bl-​ordni fuq il-​passi taʼ dik il-​fidi li kellu missierna+ Abraham meta kien għadu mhux ċirkonċiż. 13  Għax ma kienx permezz tal-​liġi li Abraham jew nislu ngħata l-​wegħda+ li se jkun werriet tad-​dinja, imma kien permezz tal-​ġustizzja minħabba l-​fidi.+ 14  Għax jekk dawk li jżommu mal-​liġi huma werrieta, il-​fidi saret bla siwi u l-​wegħda tneħħiet.+ 15  Fir-realtà l-​Liġi tipproduċi l-​korla,+ imma fejn m’hemmx liġi, lanqas hemm ksur tal-​liġi.+ 16  Għaldaqstant, il-​wegħda+ kienet minħabba l-​fidi, biex tkun skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa,+ u hekk tkun żgura għal nislu+ kollu, mhux biss għal dak li jżomm mal-​Liġi, imma wkoll għal dak li jżomm mal-​fidi t’Abraham. (Hu missierna+ lkoll, 17  bħalma hu miktub: “Jien ħtartek missier taʼ ħafna ġnus.”)+ Dan ġara quddiem Dak li kellu fidi fih, iva, quddiem Alla, li jagħti l-​ħajja+ lill-​mejtin u jsejjaħ l-​affarijiet li ma jeżistux bħallikieku jeżistu.+ 18  Għalkemm ma kellu ebda tama, madankollu kellu fidi+ bbażata fuq it-​tama li jsir missier taʼ ħafna ġnus+ skond ma kien intqal: “Hekk ikun nislek.”+ 19  U għalkemm ma ddgħajjifx fil-​fidi, qies li ġismu stess issa kien diġà mejjet,+ billi kellu kważi mitt sena,+ u qies ukoll li l-​ġuf taʼ Sara+ kien mejjet. 20  Imma minħabba l-​wegħda+ t’Alla ma ddubitax b’nuqqas taʼ fidi,+ imma tqawwa bil-​fidi tiegħu+ u ta glorja lil Alla 21  u kien konvint bis-​sħiħ li dak li wiegħed kien kapaċi jagħmlu+ wkoll. 22  B’hekk, “ngħaddlu bħala ġustizzja.”+ 23  Madankollu, m’hemmx miktub “ngħaddlu”+ minħabba fih biss,+ 24  imma wkoll minħabba fina li lilna kellu jingħaddilna, għax nemmnu f’dak li qajjem mill-​imwiet+ lil Ġesù, il-​Mulej tagħna. 25  Dan ngħata minħabba n-​nuqqasijiet tagħna+ u ġie mqajjem sabiex jiddikjarana ġusti.+

Noti taʼ taħt

Jew, “att taʼ qalb tajba mhix mistħoqqa.”