Rumani 2:1-29

2  Għalhekk, O bniedem,+ jekk tiġġudika+ m’għandek ebda skuża, int min int; għax meta tiġġudika lil ħaddieħor tkun qed tikkundanna lilek innifsek, għax waqt li qed tiġġudika+ qed tipprattika l-​istess affarijiet.+  Issa aħna nafu li l-​ġudizzju t’Alla, li hu fi qbil mal-​verità,+ hu kontra dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet.  Imma int, O bniedem,+ li tiġġudika lil dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet waqt li tagħmilhom int stess, għandek l-​idea li se taħrab mill-​ġudizzju t’Alla?+  Jew tistmerr int ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba+ u tat-​tolleranza+ u tas-​sabar fit-​tul tiegħu,+ għax ma tafx li l-​qalb tajba t’Alla qed tipprova twasslek għall-​indiema?+  Imma bl-​ebusija+ u n-​nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-​korla+ għal jum il-​korla+ meta jiġi rivelat+ il-​ġudizzju+ ġust t’Alla.  Għax hu jagħti lil kull wieħed skond għemilu:+  ħajja taʼ dejjem lil min bis-​sabar qed ifittex il-​glorja, l-​unur, u n-​nuqqas taʼ taħsir+ f’għemil li hu tajjeb;  madankollu, għal min hu ġellied+ u ma jobdix il-​verità+ imma jobdi l-​inġustizzja jkun hemm korla u rabja,+  tribulazzjoni u niket, għal kulmin jagħmel il-​ħsara, l-​ewwel il-​Lhudi+ u mbagħad il-​Grieg;+ 10  imma glorja u unur u paċi għal kulmin jagħmel it-​tajjeb,+ l-​ewwel il-​Lhudi+ u mbagħad il-​Grieg.+ 11  Għax Alla ma juri ebda parzjalità.+ 12  Per eżempju, kulmin dineb mingħajr liġi jinqered ukoll mingħajr liġi;+ imma kulmin dineb taħt il-​liġi+ jiġi ġudikat bil-​liġi.+ 13  Għax mhux min jismaʼ l-​liġi hu ġust quddiem Alla, imma min jagħmel+ il-​liġi jiġi dikjarat ġust.+ 14  Għax kulmeta n-​nies tal-​ġnus+ li m’għandhomx liġi+ jagħmlu b’mod naturali l-​affarijiet tal-​liġi,+ dawn in-​nies, għalkemm m’għandhomx liġi, huma liġi għalihom infushom. 15  Dawn juru li s-​sustanza tal-​liġi hi miktuba fi qlubhom,+ waqt li l-​kuxjenza tagħhom+ qed tixhed magħhom u, fi ħsibijiethom stess, qed jiġu akkużati+ jew skużati. 16  Dan se jkun fil-​jum meta Alla permezz taʼ Kristu Ġesù jiġġudika+ l-​affarijiet sigrieti+ tal-​bnedmin,+ skond l-​aħbar tajba li nxandar.+ 17  Issa, jekk int tissejjaħ+ Lhudi u qed tistrieħ fuq il-​liġi+ u tħossok kburi b’Alla,+ 18  u taf ir-​rieda tiegħu+ u tapprova dak li hu eċċellenti għax int mgħallem bil-​fomm mil-​Liġi;+ 19  u persważ li int gwida taʼ l-​għomja,+ dawl għal min hu fid-​dlam,+ 20  tikkoreġi lil min mhux raġunevoli,+ għalliem taċ-​ċkejknin,+ u għandek il-​qafas+ taʼ l-​għarfien u tal-​verità+ fil-​Liġi— 21  int, mela, li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek?+ Int li tippriedka “Tisraqx,”+ tisraq int?+ 22  Int li tgħid “Tagħmilx adulterju,”+ tagħmel adulterju? Int li tesprimi stmerrija lejn l-​idoli, tisraq+ mit-​tempji? 23  Int li tħossok kburi bil-​liġi, tiddiżonora lil Alla billi tikser il-​Liġi?+ 24  Għax “l-​isem t’Alla qed jiġi mkasbar minħabba fikom fost il-​ġnus”;+ bħalma hu miktub. 25  Fil-fatt, iċ-​ċirkonċiżjoni+ tkun taʼ benefiċċju biss jekk int tipprattika l-​liġi;+ imma jekk tikser il-​liġi, minn bniedem ċirkonċiż+ issir bniedem bla ċirkonċiżjoni.+ 26  Għalhekk, jekk bniedem mhux ċirkonċiż+ iħares il-​ħtiġijiet+ ġusti tal-​Liġi, għalkemm ma jkunx ċirkonċiż jitqies bħala ċirkonċiż, hux hekk?+ 27  U billi jwettaq il-​Liġi, il-​bniedem li mhux ċirkonċiż min-​natura jiġġudika lilek+ li qed tikser il-​liġi minkejja li għandek il-​liġi miktuba u ċ-​ċirkonċiżjoni. 28  Għax il-​Lhudi m’huwiex dak li hu Lhudi minn barra,+ lanqas iċ-​ċirkonċiżjoni m’hi dik li hi minn barra fil-​laħam.+ 29  Imma l-​Lhudi hu dak li hu Lhudi minn ġewwa,+ u ċ-​ċirkonċiżjoni tiegħu hi dik fil-​qalb+ bl-​ispirtu, u mhux b’xi liġi miktuba.+ It-​tifħir+ taʼ dan mhux ġej mill-​bnedmin, imma minn Alla.+

Noti taʼ taħt