Rumani 16:1-27

16  Nirrikkmandalkom lil oħtna Febe, li qed taqdi+ fil-​kongregazzjoni li hemm f’Kenkre,+  sabiex tilqgħuha+ fil-​Mulej kif jixraq lill-​qaddisin, u sabiex tgħinuha f’kulma jistaʼ jkollha bżonnkom,+ għax hi stess iddefendiet lil ħafna, iva, anki lili.  Selluli għal Priska* u għal Akwila,+ ħaddiema sħabi+ fi Kristu Ġesù,  li ssograw ħajjithom+ għalija,* u li mhux jien biss irroddilhom ħajr+ imma wkoll il-​kongregazzjonijiet kollha tal-​ġnus;  u sellu għall-​kongregazzjoni li hemm f’darhom.+ Selluli għal Epenetu, il-​maħbub tiegħi, li hu fost l-​ewwel frott+ mill-​Asja għal Kristu.  Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom.  Sellu għal Androniku u Ġunja, qrabati+ u sħabi fil-​ħabs,+ li huma rġiel magħrufin fost l-​appostli u li ilhom f’unjoni+ maʼ Kristu iktar minni.  Selluli+ għal Amplijatu, il-​maħbub tiegħi fil-​Mulej.  Sellu għal Urbanu, ħaddiem seħibna fi Kristu, u għal Staki, il-​maħbub tiegħi. 10  Sellu+ għal Apelle, l-​approvat fi Kristu. Sellu għal dawk mid-​dar t’Aristobulu. 11  Sellu għal Erodjon, il-​qarib tiegħi.+ Sellu għal dawk mid-​dar taʼ Narċissu li huma fil-​Mulej.+ 12  Sellu għal Trifena u Trifosa, nisa li qed jaħdmu iebes fil-​Mulej. Sellu għal Persi, il-​maħbuba tagħna, għax hi tħabtet ħafna fil-​Mulej. 13  Sellu għal Rufu, il-​magħżul fil-​Mulej, u għal ommu li hi ommi wkoll. 14  Sellu għal Asinkretu, Flegon, Erme, Patroba, Erma, u għall-​aħwa li hemm magħhom. 15  Sellu għal Filologu u Ġulja, Nerija u oħtu, u Olimpa, u l-​qaddisin kollha li hemm magħhom.+ 16  Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ Il-​kongregazzjonijiet kollha tal-​Kristu jsellu għalikom. 17  Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex iżżommu għajnejkom fuq dawk li joħolqu firdiet+ u tfixkil kuntrarju għat-​tagħlim+ li tgħallimtu, u evitawhom.+ 18  Għax nies bħal dawn huma lsiera taʼ żaqqhom stess,+ mhux taʼ Kristu, il-​Mulej tagħna; u bi kliem melliesi+ u diskors kumplimentuż+ iqarrqu bil-​qlub taʼ nies li m’għandhomx malizzja. 19  Madankollu, l-​ubbidjenza tagħkom innotaha kulħadd.+ Għalhekk jien ferħan bikom. Imma rridkom tkunu għorrief+ f’dak li hu tajjeb, imma innoċenti+ f’dak li hu ħażin.+ 20  Min-naħa tiegħu, l-​Alla li jagħti l-​paċi+ dalwaqt jgħaffeġ lil Satana+ taħt saqajkom. Jalla l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna Ġesù tkun magħkom.+ 21  Iselli għalikom Timotju, ħaddiem sieħbi, kif ukoll Luċju u Ġason u Sosipater, qrabati.+ 22  Jien, Terzju, li għamilt il-​kitba taʼ din l-​ittra, inselli għalikom fil-​Mulej. 23  Iselli għalikom Gaju,+ li laqaʼ lili u lill-​kongregazzjoni kollha f’daru. Iselli għalikom Erastu, il-​prokuratur tal-​belt,+ kif ukoll ħuh Kwartu. 24 * —— 25  Issa lil dak+ li jistaʼ jissodakom fi qbil maʼ l-​aħbar tajba li nxandar u l-​ippridkar dwar Ġesù Kristu, skond ir-​rivelazzjoni tas-​sigriet sagru+ li nżamm fis-​skiet għal żmien twil 26  imma li issa, permezz taʼ dak li kitbu l-​profeti u fi qbil mal-​kmand taʼ l-​Alla taʼ dejjem, intwera+ u ntgħaraf fost il-​ġnus biex tiġi inkuraġġita l-​ubbidjenza bil-​fidi;+ 27  lil Alla, li hu biss hu għaref,+ tkun il-​glorja+ permezz taʼ Ġesù Kristu+ għal dejjem. Amen.

Noti taʼ taħt

Jew, “Prixilla.”
Letteralment, “għal ruħi.”
Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.