Rumani 14:1-23

14  Ilqgħu lil min għandu xi dgħjufija+ fil-​fidi tiegħu, imma mhux biex tieħdu deċiżjonijiet fuq mistoqsijiet interni.+  Min għandu l-​fidi jiekol kollox,+ imma min hu dgħajjef jiekol il-​ħaxix.  Min jiekol ħa ma jmaqdarx lil min ma jikolx,+ u min ma jikolx ħa ma jiġġudikax lil min jiekol, għax Alla laqgħu lil dan.  Int min int biex tiġġudika l-​qaddej taʼ dar ħaddieħor?+ Jara sidu jekk iżommx wieqaf jew jaqax.+ Tabilħaqq, iżomm wieqaf, għax Ġeħova jistaʼ jżommu wieqaf.+  Min jiġġudika jum bħala li hu superjuri għal ieħor+ u min jiġġudika jum bħala li hu bħall-​oħrajn kollha;+ ħa jkun kull bniedem konvint għalkollox f’moħħu.  Min josserva l-​jum josservah għal Ġeħova. Ukoll, min jiekol, jiekol għal Ġeħova,+ għax hu jrodd ħajr lil Alla;+ u min ma jikolx, ma jikolx għal Ġeħova,+ iżda xorta jrodd ħajr lil Alla.+  Fil-fatt, ħadd minna ma jgħix biss għalih innifsu,+ u ħadd ma jmut biss għalih innifsu;  għax jekk ngħixu, ngħixu għal Ġeħova,+ u jekk immutu, immutu għal Ġeħova.+ Għalhekk, kemm jekk ngħixu u kemm jekk immutu, aħna taʼ Ġeħova.+  Kien għalhekk li Kristu miet u reġaʼ ħa l-​ħajja+ sabiex ikun Mulej fuq il-​mejtin+ u fuq il-​ħajjin.+ 10  Imma għala tiġġudika lil ħuk?+ Jew għala tmaqdar lil ħuk? Għax ilkoll se nidhru quddiem it-​tron tal-​ġudizzju+ t’Alla; 11  għax hu miktub: “‘Daqskemm jien ħaj,’ jgħid Ġeħova,+ ‘kull irkoppa tintlewa quddiemi, u kull ilsien jirrikonoxxi lil Alla quddiem kulħadd.’”+ 12  Għalhekk, mela, kull wieħed minna se jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.+ 13  Għaldaqstant, ħa ma niġġudikawx+ iktar lil xulxin, imma minflok ħa tkun din id-​deċiżjoni tagħkom:+ li quddiem ħukom+ ma tpoġġu xejn li jistaʼ jfixklu+ jew iwaqqgħu. 14  Jien naf u nħossni persważ fil-​Mulej Ġesù li xejn m’hu mniġġes fih innifsu;+ imma jekk bniedem iqis li xi ħaġa hi mniġġsa, għalih tkun imniġġsa.+ 15  Għax jekk minħabba l-​ikel ħuk qed jitnikket, m’għadekx timxi fi qbil maʼ l-​imħabba.+ Minħabba l-​ikel tiegħek tirrovinax lil min miet għalih Kristu.+ 16  Għalhekk, tħallux it-​tajjeb li tagħmlu jsir taʼ żebliħ għalikom. 17  Għax is-​saltna t’Alla+ ma tfissirx ikel u xorb,+ imma tfisser ġustizzja+ u paċi+ u ferħ+ bl-​ispirtu qaddis. 18  Għax min jitjassar għal Kristu f’dan jogħġob lil Alla u għandu l-​approvazzjoni tal-​bnedmin.+ 19  Għalhekk, mela, ħa niġru wara l-​affarijiet li jġibu l-​paċi+ u l-​affarijiet li bihom nibnu lil xulxin.+ 20  Tibqax iġġarraf ix-​xogħol t’Alla sempliċement minħabba l-​ikel.+ Veru, kollox hu nadif, imma hu taʼ ħsara għal min jiekol meta jistaʼ jinħoloq tfixkil.+ 21  Hu sewwa li ma tikolx laħam jew li ma tixrobx inbid jew li ma tagħmel xejn li jistaʼ jfixkel lil ħuk.+ 22  Żommha għalik innifsek il-​fidi li għandek quddiem Alla.+ Hieni l-​bniedem li ma jġibx ġudizzju fuqu nnifsu b’dak li jogħġbu jagħmel. 23  Imma jekk għandu d-​dubji, diġà kundannat jekk jiekol,+ għax ma jikolx bil-​fidi. Tabilħaqq, dak kollu li ma jsirx bil-​fidi hu dnub.+

Noti taʼ taħt