Rumani 13:1-14

13  Ħa tkun kull ruħ sottomessa+ lejn l-​awtoritajiet superjuri,+ għax m’hemm l-​ebda awtorità+ jekk mhux minn Alla;+ l-​awtoritajiet li jeżistu tqiegħdu fil-​pożizzjonijiet relattivi tagħhom+ minn Alla.+  Għalhekk, min jopponi l-​awtorità jkun qed jiħodha kontra l-​arranġament t’Alla; dawk li jiħduha kontrih jirċievu l-​ġudizzju fuqhom infushom.+  Għax dawk li qed jaħkmu huma taʼ biżaʼ għall-​għemil ħażin,+ mhux għat-​tajjeb. Mela, trid ma tibżax mill-​awtorità? Ibqaʼ agħmel it-​tajjeb,+ u tiġi mfaħħar minnha;  għax hi l-​ministru t’Alla għalik, għall-​ġid tiegħek.+ Imma jekk qed tagħmel il-​ħażin,+ ibżaʼ: għax m’huwiex għalxejn li din iġġorr is-​sejf; għax hi l-​ministru t’Alla li titħallas+ billi tesprimi l-​korla lejn min jipprattika l-​ħażin.  Għalhekk, intom obbligati li tkunu sottomessi, mhux biss minħabba din il-​korla imma wkoll minħabba l-​kuxjenza tagħkom.+  Għax huwa għalhekk ukoll li intom qed tħallsu t-​taxxi; għax l-​awtoritajiet huma l-​qaddejja pubbliċi+ t’Alla li jaqdu l-​ħin kollu dan l-​istess skop.  Agħtu lil kulħadd dak li għandu jieħu, lil min jitlob it-​taxxa, it-​taxxa;+ lil min jitlob id-​dazju, id-​dazju; lil min jirrikjedi l-​biżaʼ, il-​biżaʼ;+ lil min jirrikjedi l-​unur, l-​unur.+  Ħa ma jkollkom tagħtu xejn+ lil ħadd, ħlief li tħobbu lil xulxin;+ għax min iħobb lill-​proxxmu tiegħu jwettaq il-​liġi.+  Għax il-​kodiċi tal-​liġi, “Tagħmilx adulterju,+ Toqtolx,+ Tisraqx,+ Tixxennaqx b’għira,”+ u kwalunkwe kmandament ieħor, tinġabar f’dan il-​kliem, jiġifieri, “Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 10  L-imħabba+ ma tagħmilx ħsara lill-​proxxmu;+ għalhekk, l-​imħabba hi t-​twettiq tal-​liġi.+ 11  Ukoll, dan agħmluh għax tafu f’liema żmien stabbilit qegħdin, li diġà waslet is-​siegħa biex tistenbħu+ mill-​irqad, għax issa s-​salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta sirna nemmnu.+ 12  Il-lejl daħal sewwa u l-​jum+ qorob. Għaldaqstant, ħa ninżgħu l-​għemejjel tad-​dlam+ u nilbsu l-​armi+ tad-​dawl. 13  Ħa nimxu b’mod deċenti+ bħallikieku bi nhar, mhux f’xalar u sokor,+ mhux f’sess projbit u kondotta laxka,+ mhux fi ġlied+ u għira. 14  Imma ilbsu l-​Mulej Ġesù Kristu,+ u tippjanawx bil-​quddiem għax-​xewqat tal-​laħam.+

Noti taʼ taħt