Rumani 12:1-21

12  Għaldaqstant, ħuti, nitlobkom bil-​ħrara minħabba l-​mogħdrijiet t’Alla biex tippreżentaw ġisimkom+ bħala sagrifiċċju+ ħaj,+ qaddis,+ aċċettabbli għal Alla,+ jiġifieri, servizz sagru+ bil-​qawwa tar-​raġuni tagħkom.+  U tibqgħux magħġunin+ skond din is-​sistema, imma nbidlu billi ġġeddu moħħkom,+ biex tagħtu prova lilkom infuskom+ dwar x’inhi r-​rieda+ tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.  Għax permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt, ngħid lil kull wieħed minnkom biex ma jaħsibx li hu xi ħaġa iktar milli hu xieraq;+ imma jaħseb b’tali mod li jkollu moħħ f’loku,+ kull wieħed skond il-​qjies+ taʼ fidi+ li tah Alla.  Għax bħalma f’ġisem wieħed għandna ħafna membri,+ iżda mhux il-​membri kollha għandhom l-​istess xogħol,  bl-istess mod, għalkemm ħafna, aħna ġisem wieħed+ f’unjoni maʼ Kristu, imma kull wieħed minna membru taʼ l-​ieħor.+  Allura, ladarba għandna għotjiet differenti+ skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ li ntwerejna, jekk inhi profezija, ħa nipprofetizzaw skond il-​qjies tal-​fidi li ngħatalna;  jew jekk inhu ministeru, ħa nkunu medhijin b’dan il-​ministeru;+ jew min jgħallem,+ ħa jkun medhi bit-​tagħlim;+  jew min iwiddeb, ħa jkun medhi bit-​twiddib;+ min iqassam, ħa jagħti b’idu miftuħa;+ min jippresiedi,+ ħa jagħmel dan bil-​ħeġġa kollha; min juri ħniena,+ ħa juriha bil-​ferħ.  Ħa tkun imħabbitkom+ mingħajr ipokrisija.+ Stmerru dak li hu ħażin,+ żommu sod maʼ dak li hu tajjeb.+  10  Ħa jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin bi mħabba lejn l-​aħwa.+ Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw+ lil xulxin. 11  Titnikkrux f’xogħolkom.+ Kunu mħeġġin bl-​ispirtu.+ Tjassru għal Ġeħova.+ 12  Thennew bit-​tama.+ Issaportu fit-​tribulazzjoni.+ Ipperseveraw fit-​talb.+ 13  Aqsmu milli għandkom mal-​qaddisin skond il-​ħtiġijiet tagħhom.+ Uru dejjem l-​ospitalità.+ 14  Ibqgħu bierku lil dawk li jippersegwitawkom;+ bierku+ u tisħtux.+ 15  Ifirħu maʼ min jifraħ;+ ibku maʼ min jibki. 16  Aħsbu f’oħrajn bl-​istess mod kif taħsbu fikom infuskom;+ taħsbux fuq affarijiet taʼ kburija,+ imma kunu gwidati minn ħarsa umli.+ Tkunux għaqlin f’għajnejkom stess.+ 17  Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.+ Agħmlu t-​tajjeb quddiem il-​bnedmin kollha. 18  Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi+ mal-​bnedmin kollha. 19  Maħbubin, tivvendikawx+ ruħkom, imma agħmlu l-​wisaʼ għall-​korla;+ għax hu miktub: “Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.”+ 20  Imma, “jekk l-​għadu tiegħek hu bil-​ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-​għatx, agħtih jixrob;+ għax meta tagħmel dan tkun qed tiġmaʼ ġamar jaqbad fuq rasu.”+ 21  Tħallix il-​ħażen jirbħek, imma dejjem irbaħ il-​ħażen bit-​tajjeb.+

Noti taʼ taħt