Rumani 11:1-36

11  Allura nistaqsi, Alla ma ċaħadx lill-​poplu tiegħu, hux hekk?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għax jien ukoll Israeli,+ minn nisel Abraham, mit-​tribù taʼ Benjamin.+  Alla ma ċaħadx lill-​poplu tiegħu li rrikonoxxa l-​ewwel.+ Ma tafux x’tgħid l-​Iskrittura dwar Elija, meta talab bil-​ħniena lil Alla kontra Israel?+  “Ġeħova, qatlu lill-​profeti tiegħek, kissru l-​artali tiegħek, u jien biss baqaʼ, u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”*+  Madankollu, x’tgħidlu d-​dikjarazzjoni divina?+ “Fadalli sebat elef raġel li ma niżlux għarkopptejhom quddiem Bagħal.”+  Għalhekk, b’dan il-​mod, fiż-​żmien stabbilit ukoll tfaċċa fdal+ magħżul+ bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa.  Issa jekk hu bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa,+ m’għadux iktar bl-​għemejjel;+ inkella din il-​qalb tajba ma tibqax iktar qalb tajba mhix mistħoqqa.+  Allura, x’qed ngħidu? Dak li Israel qed ifittex bil-​ħeġġa ma kisbux,+ imma l-​magħżulin+ kisbuh. Il-​bqija twebbsitilhom qalbhom;+  bħalma hu miktub: “Alla tahom spirtu taʼ rqad fil-​fond,+ għajnejn sabiex ma jarawx u widnejn sabiex ma jisimgħux, sa llum stess.”+  Ukoll, David jgħid: “Ħa ssirilhom nassa u nasba u tfixkil u tpattija+ l-​mejda* tagħhom; 10  ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx, u jkun daharhom dejjem milwi.”+ 11  Għalhekk nistaqsi, Tfixklu tant li waqgħu+ għalkollox? Jalla qatt ma jkun dan! Imma bil-​pass falz+ tagħhom hemm is-​salvazzjoni għan-​nies tal-​ġnus,+ biex jitqanqlu għall-​għira.+ 12  Issa jekk il-​pass falz tagħhom ifisser rikkezzi għad-​dinja, u t-​tnaqqis tagħhom ifisser rikkezzi għan-​nies tal-​ġnus,+ kemm iktar l-​għadd sħiħ+ tagħhom ifisser dan! 13  Issa nkellem lilkom li intom nies tal-​ġnus. Peress li, fir-​realtà, jien appostlu+ tal-​ġnus,+ nigglorifika+ l-​ministeru tiegħi,+ 14  jekk b’xi mod nistaʼ nqanqal għall-​għira lil dawk li huma niesi stess u nsalva+ lil xi wħud minnhom.+ 15  Għax jekk it-​tkeċċija tagħhom+ tfisser tħabbib+ mill-​ġdid għad-​dinja, x’se jkun ifisser il-​fatt li jintlaqgħu lura, ħlief ħajja mill-​imwiet? 16  Iktar minn hekk, jekk il-​parti meħuda bħala l-​ewwel frott+ hi qaddisa, hekk ukoll hi l-​għaġna kollha; u jekk l-​għerq hu qaddis,+ hekk ukoll huma l-​friegħi. 17  Madankollu, jekk uħud mill-​friegħi tqaċċtu imma int, għalkemm int żebbuġa salvaġġa, tlaqqamt fosthom+ u bdejt tieħu magħhom mill-​ħxuna+ taʼ l-​għerq taż-​żebbuġa,+ 18  tifraħx minħabba l-​friegħi. Iżda, jekk qed tifraħ minħabba fihom,+ ftakar li mhux int iżżomm l-​għerq,+ imma l-​għerq iżomm lilek.+ 19  Allura, int tgħid: “Ġew imqaċċtin+ xi friegħi biex nitlaqqam jien.”+ 20  Kollox sew! Huma tqaċċtu minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom,+ imma int iżżomm wieqaf bil-​fidi.+ Tibqax b’ideat kburin,+ imma ibżaʼ.+ 21  Għax jekk Alla ma ħelishiex lill-​friegħi naturali, lanqas jeħlisha lilek.+ 22  Għalhekk, ara l-​qalb tajba+ u l-​ħruxija+ t’Alla. Għal dawk li waqgħu hemm il-​ħruxija,+ imma għalik hemm il-​qalb tajba t’Alla, bil-​patt li tibqaʼ+ fil-​qalb tajba tiegħu; inkella int ukoll titqaċċat.+ 23  Jekk ma jibqgħux bla fidi, huma wkoll jiġu mlaqqmin;+ għax Alla kapaċi jerġaʼ jlaqqamhom. 24  Għax jekk int kont maqtugħ mis-​siġra taż-​żebbuġ li hi salvaġġa min-​natura u tlaqqamt+ kontra n-​natura fiż-​żebbuġa t-​tajba, kemm iktar u iktar dawk li huma naturali jistgħu jitlaqqmu fis-​siġra taż-​żebbuġ tagħhom stess!+ 25  Għax, ħuti, ma rridkomx ma tkunux tafu b’dan is-​sigriet sagru,+ sabiex ma tkunux għaqlin f’għajnejkom stess: li parti minn Israel twebbsitilhom qalbhom+ sakemm jidħol+ l-​għadd sħiħ+ tan-​nies tal-​ġnus, 26  u b’dan il-​mod Israel kollu+ jiġi salvat. Bħalma hu miktub: “Il-​ħellies joħroġ minn Sijon+ u jneħħi minn Ġakobb+ id-​drawwiet kontra r-​rieda t’Alla. 27  U dan hu l-​patt tiegħi magħhom,+ meta nneħħilhom dnubiethom.”+ 28  Veru, skond l-​aħbar tajba huma għedewwa minħabba fikom,+ imma skond l-​għażla t’Alla huma maħbubin minħabba missirijiethom.+ 29  Għax Alla ma jiddispjaċihx+ mill-​għotjiet u s-​sejħa tiegħu. 30  Bħalma darba kontu diżubbidjenti+ lejn Alla imma issa ntwerejtu ħniena+ minħabba d-​diżubbidjenza tagħhom,+ 31  hekk ukoll dawn issa kienu diżubbidjenti u minħabba f’hekk intom intwerejtu ħniena,+ biex issa huma wkoll jintwerew ħniena. 32  Għax Alla għalaqhom ilkoll flimkien fid-​diżubbidjenza,+ sabiex ilkoll kemm huma jurihom il-​ħniena.+ 33  O kemm huma profondi r-​rikkezzi+ u l-​għerf+ u l-​għarfien+ t’Alla! Kemm ma jistgħux jinkixfu l-​ġudizzji tiegħu,+ u kemm huma bla tarf triqatu! 34  Għax “min sar jaf moħħ+ Ġeħova, jew min sar il-​kunsillier tiegħu?”+ 35  Jew, “Min tah l-​ewwel, biex ikun jistħoqqlu jitħallas?”+ 36  Għax kollox+ ġej minnu, u kollox hu bih u għalih. Lilu tkun il-​glorja għal dejjem.+ Amen.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ifittxu ruħi.”
Jiġifieri, il-​mejda tas-​sagrifiċċji. Jew, “festa.”