Rumani 10:1-21

10  Ħuti, dak li nixtieq minn qalbi u li nitlob bil-​ħerqa lil Alla għalihom hu, tabilħaqq, li jiġu salvati.+  Għax nixhdilhom li għandhom żelu+ għal Alla, imma mhux skond l-​għarfien eżatt;+  għax, minħabba li ma kinux jafu l-​ġustizzja t’Alla+ imma pprovaw jistabbilixxu l-​ġustizzja tagħhom stess,+ huma ma ssottomettewx ruħhom lejn il-​ġustizzja t’Alla.+  Għax Kristu hu t-​tmiem tal-​Liġi,+ sabiex kulmin jeżerċita l-​fidi jkollu l-​ġustizzja.+  Għax Mosè jikteb li l-​bniedem li għamel il-​ġustizzja tal-​Liġi jgħix permezz tagħha.+  Imma l-​ġustizzja li tiġi mill-​fidi titkellem b’dan il-​mod: “Tgħidx f’qalbek,+ ‘Min se jitlaʼ fis-​sema?’+ jiġifieri, biex iniżżel lil Kristu;+  jew, ‘Min se jinżel fl-​abbiss?’+ jiġifieri, biex itellaʼ lil Kristu mill-​imwiet.”+  Imma x’tgħid? “Il-​kelma hi qribek, f’fommok u f’qalbek stess”;+ jiġifieri, il-​“kelma”+ tal-​fidi, li qed nippridkaw.+  Għax jekk ixxandar pubblikament dik il-​‘kelma taʼ fommok,’+ li Ġesù hu Mulej,+ u teżerċita l-​fidi f’qalbek li Alla qajmu mill-​imwiet,+ int tiġi salvat.+ 10  Għax bil-​qalb+ wieħed jeżerċita l-​fidi għall-​ġustizzja, imma bil-​fomm jistqarr pubblikament+ għas-​salvazzjoni. 11  Għax l-​Iskrittura tgħid: “Kulmin ipoġġi+ l-​fidi tiegħu fih ma jkunx diżappuntat.”+ 12  Għax m’hemmx distinzjoni bejn Lhudi u Grieg,+ iżda fuq kulħadd hemm l-​istess Mulej, li hu għani+ lejn kulmin isejjaħlu. 13  Għax “kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”+ 14  Madankollu, kif se jsejħu lil dak li ma poġġewx il-​fidi fih?+ Imma kif se jpoġġu l-​fidi f’dak li ma semgħux dwaru? U kif se jisimgħu jekk xi ħadd ma jippridkax?+ 15  U kif se jippridkaw jekk ma jintbagħtux?+ Bħalma hu miktub: “Kemm huma sbieħ saqajn dawk li jxandru aħbar tajba t’affarijiet tajbin!”+ 16  Iżda mhux ilkoll obdew l-​aħbar tajba.+ Għax Isaija jgħid: “Ġeħova, min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ mingħandna?”+ 17  Mela l-​fidi tiġi minn dak li nstemaʼ.+ Mill-​banda l-​oħra, dak li nstemaʼ hu permezz tal-​kelma dwar Kristu.+ 18  Madankollu nistaqsi, Ma naqsux li jisimgħu, hux hekk? Fil-​fatt, “ħosshom infirex+ maʼ l-​art kollha, u kliemhom+ sa truf l-​art abitata.” 19  Iżda nistaqsi, Israel ma naqasx li jkun jaf, hux hekk?+ L-​ewwel, Mosè jgħid: “Inqanqalkom għall-​għira permezz taʼ dak li mhux ġens; inqanqalkom għal rabja vjolenti permezz taʼ ġens stupidu.”+ 20  Imbagħad bi qlubija kbira Isaija jgħid: “Sabuni dawk li ma kinux qed ifittxuni;+ rawni dawk li ma kinux qed jistaqsu għalija.”+ 21  Imma dwar Israel jgħid: “Il-​jum kollu ftaħt idejja lejn poplu li ma jobdix+ u li jirrispondini.”+

Noti taʼ taħt