Rumani 1:1-32

1  Pawlu, ilsir+ taʼ Ġesù Kristu u msejjaħ+ biex ikun appostlu,+ maħtur għall-​aħbar tajba t’Alla,+  li wegħedha minn qabel permezz tal-​profeti+ tiegħu fl-​Iskrittura mqaddsa,  dwar Ibnu, li skond il-​laħam+ ġie minn nisel David,+  imma skond l-​ispirtu+ tal-​qdusija ġie dikjarat Bin+ Alla b’qawwa+ permezz taʼ l-​irxoxt mill-​imwiet+—iva, Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna,  li permezz tiegħu ntwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa+ u rċivejna appostolat+ sabiex ikun hemm ubbidjenza bil-​fidi minħabba ismu fost il-​ġnus+ kollha,  li fosthom intom ukoll imsejħin biex tkunu taʼ Ġesù Kristu—  lil dawk kollha li qegħdin Ruma bħala l-​maħbubin t’Alla, imsejħin+ biex ikunu qaddisin:+ Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+  L-ewwelnett, nirringrazzja+ lil Alla tiegħi permezz taʼ Ġesù Kristu għalikom ilkoll, għax fid-​dinja kollha qed jitkellmu+ fuq il-​fidi tagħkom.  Alla, li bl-​ispirtu tiegħi nagħtih servizz sagru bl-​aħbar tajba dwar Ibnu, hu x-​xhud tiegħi+ li jien bla heda dejjem insemmikom fit-​talb tiegħi,+ 10  u nitolbu bil-​ħniena biex issa, jekk inhu possibbli, fl-​aħħar ir-​rieda+ t’Alla tiffavurini biex niġi għandkom. 11  Għax għandi xewqa kbira li narakom,+ biex nagħtikom xi għotja spiritwali+ sabiex tissodaw; 12  jew, pjuttost, biex ninkuraġġixxu+ lil xulxin bil-​fidi tagħna,+ intom lili u jien lilkom. 13  Imma ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti,+ li kemm-il darba kelli f’moħħi li niġi għandkom+ sabiex anki fostkom nikseb xi frott+ bħalma ksibt fost il-​bqija tal-​ġnus, imma s’issa ġejt imfixkel. 14  Jien midjun kemm lejn il-​Griegi u kemm lejn il-​Barbari, kemm lejn l-​għorrief+ u kemm lejn il-​boloh; 15  għalhekk, jien ħerqan li nxandar l-​aħbar tajba+ lilkom ukoll li qegħdin Ruma.+ 16  Jien ma nistħix+ minħabba l-​aħbar tajba; fil-​fatt, hi l-​qawwa+ t’Alla għas-​salvazzjoni taʼ kulmin għandu l-​fidi,+ l-​ewwel+ tal-​Lhudi u mbagħad tal-​Grieg;+ 17  għax fiha l-​ġustizzja+ t’Alla qed tiġi rivelata minħabba l-​fidi+ u dan ikattar il-​fidi, bħalma hu miktub: “Imma l-​ġust jgħix permezz tal-​fidi.”+ 18  Il-korla+ t’Alla qed tiġi rivelata mis-​sema kontra kull nuqqas taʼ devozzjoni u kull inġustizzja+ tal-​bnedmin li qed joħonqu l-​verità+ b’mod inġust,+ 19  għax dak li jistaʼ jkun magħruf dwar Alla jidher fosthom,+ peress li Alla għamlu evidenti għalihom.+ 20  Il-kwalitajiet inviżibbli tiegħu,+ jiġifieri, il-​qawwa+ eterna u d-​Divinità tiegħu,+ kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem,+ għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu,+ u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.+ 21  Għalkemm kienu jafu lil Alla, ma gglorifikawhx bħala Alla u lanqas irringrazzjawh,+ imma bdew jirraġunaw bla sens+ u qalbhom iddallmet+ għax ma kellhiex intelliġenza. 22  Għalkemm insistew li kienu għorrief, saru boloh+ 23  u bidlu l-​glorja+ taʼ l-​Alla li ma jitħassarx maʼ xi ħaġa bħax-​xbieha+ tal-​bniedem li jitħassar u taʼ l-​għasafar u tal-​ħlejjaq b’erbaʼ saqajn u taʼ l-​annimali li jitkaxkru.+ 24  Għalhekk Alla, fi qbil max-​xewqat taʼ qlubhom, telaqhom għan-​nuqqas taʼ ndafa,+ sabiex jiddiżonoraw+ lil ġisimhom+ stess, 25  dawk li bidlu l-​verità+ t’Alla mal-​gidba+ u qiemu u taw servizz sagru lill-​ħolqien minflok lill-​Ħallieq, li hu mbierek għal dejjem. Amen. 26  Huwa għalhekk li Alla telaqhom għal aptiti sesswali t’għajb,+ għax in-​nisa tagħhom bidlu l-​użu naturali taʼ ġisimhom stess f’wieħed kontra n-​natura;+ 27  u bl-​istess mod anki l-​irġiel telqu l-​użu naturali tal-​mara+ u xegħlu b’passjoni qawwija għal xulxin, raġel maʼ raġel,+ jagħmlu dak li hu oxxen+ u jirċievu fihom infushom il-​ħlas sħiħ+ li kien ħaqqhom għall-​iżball tagħhom.+ 28  U bħalma m’għoġobhomx li jkollhom għarfien+ eżatt dwar Alla, Alla telaqhom għal stat mentali diżapprovat,+ biex jagħmlu dak li mhux xieraq,+ 29  mimlijin b’kull inġustizzja,+ aġir mill-​agħar,+ regħba,*+ ħażen,+ kollhom għira,+ qtil,+ ġlied,+ qerq,+ taʼ natural malizzjuż,+ iħobbu jfesfsu,+ 30  jgħidu bin-​nies,+ jobogħdu lil Alla, insolenti,+ suppervi,+ minfuħin bihom infushom,+ jivvintaw il-​ħsara,+ ma jobdux lill-​ġenituri,+ 31  ma jifhmux,+ ma jżommux kelmithom,+ m’għandhomx imħabba naturali,+ bla ħniena.+ 32  Għalkemm dawn jafu tajjeb id-​digriet ġust t’Alla,+ li dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet jistħoqqilhom il-​mewt,+ huma mhux biss jibqgħu jagħmluhom imma wkoll jaqblu+ maʼ dawk li jipprattikawhom.

Noti taʼ taħt

Jew, “xenqa b’għira.”