Rivelazzjoni 9:1-21

9  U l-​ħames anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U rajt kewkba+ li kienet waqgħet mis-​sema għal fuq l-​art; u ngħatalu l-​muftieħ+ tal-​ħofra taʼ l-​abbiss.+  U fetaħ il-​ħofra taʼ l-​abbiss, u mill-​ħofra telaʼ duħħan+ bħad-​duħħan taʼ forn kbir,+ u bid-​duħħan tal-​ħofra ddallmet ix-​xemx+ kif ukoll l-​arja.  U mid-​duħħan ħarġu ġurati+ fuq l-​art; u ngħataw awtorità, l-​istess awtorità li għandhom l-​iskorpjuni+ taʼ l-​art.  U ntqalilhom biex la jagħmlu ħsara lill-​ħaxix taʼ l-​art, la lil xi pjanta, u lanqas lil xi siġra, imma biss lil dawk il-​bnedmin li ma kinux immarkati bis-​siġill t’Alla fuq ġbinhom.+  U lill-​ġurati ngħatalhom li ma joqtluhomx, imma li lil dawn jitturmentawhom+ għal ħames xhur, u t-​turment tagħhom kien bħal turment minn skorpjun+ meta jaħbat għal bniedem.  U f’dawk il-​jiem il-​bnedmin ifittxu l-​mewt+ imma żgur ma jsibuhiex, u jkunu jixtiequ li jmutu imma l-​mewt tibqaʼ taħrab minnhom.  U d-​dehra tal-​ġurati kienet tixbah lil żwiemel+ imħejjijin għall-​battalja; u fuq rashom kellhom qishom kuruni tad-​deheb, u wiċċhom kien bħal wiċċ il-​bnedmin,+  u xagħarhom kien bħal xagħar in-​nisa.+ U snienhom kienu bħal dawk taʼ l-​iljuni;+  u kellhom kurazzi+ bħal kurazzi tal-​ħadid. U l-​ħoss taʼ ġwinħajhom kien bħall-​ħoss taʼ karrijiet+ b’ħafna żwiemel jiġru għall-​battalja.+ 10  Ukoll, kellhom denb u niggieża bħal skorpjuni;+ u f’denbhom kellhom l-​awtorità biex iweġġgħu lill-​bnedmin għal ħames xhur. 11  Fuqhom kellhom sultan, l-​anġlu taʼ l-​abbiss.+ Bl-​Ebrajk kien jismu Abaddon,* imma bil-​Grieg kien jismu Apolljon.*+ 12  Gwaj wieħed għadda. Ara! Wara dan ġejjin żewġ gwajijiet oħra.+ 13  U s-​sitt anġlu+ daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U smajt leħen+ ħiereġ mill-​qrun taʼ l-​artal tad-​deheb+ li kien hemm quddiem Alla 14  u qal lis-​sitt anġlu, li kellu t-​trumbetta: “Ħoll lill-​erbaʼ anġli+ li hemm marbutin+ ħdejn ix-​xmara kbira Ewfrat.”+ 15  U nħallu l-​erbaʼ anġli, li kienu tħejjew għas-​siegħa u l-​jum u x-​xahar u s-​sena, biex joqtlu terz mill-​bnedmin. 16  U l-​għadd taʼ l-​armati tal-​kavallerija kien żewġ mirjadi taʼ mirjadi:* Jien smajt l-​għadd tagħhom. 17  U dan hu kif rajt liż-​żwiemel fil-​viżjoni, u lil dawk li kienu rekbin fuqhom: kellhom kurazzi ħomor bħan-​nar u blu bħall-​ġjaċint u sofor bħall-​kubrit; u ras iż-​żwiemel kienet bħal ras l-​iljuni,+ u minn ħalqhom kien ħiereġ nar u duħħan u kubrit.+ 18  B’dawn it-​tliet kastigi nqatel terz mill-​bnedmin, bin-​nar u d-​duħħan u l-​kubrit li ħareġ minn ħalqhom. 19  Għax l-​awtorità taż-​żwiemel kienet f’ħalqhom u f’denbhom; għax denbhom kien bħal serp+ u kellu ras, u bih kienu jagħmlu l-​ħsara. 20  Imma l-​bqija tal-​bnedmin li ma nqatlux b’dawn il-​kastigi ma nidmux minn għemil idejhom,+ u baqgħu jqimu lid-​demonji+ u l-​idoli tad-​deheb u l-​fidda+ u r-​ram aħmar u l-​ġebel u l-​injam, li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, u lanqas jimxu;+ 21  u la nidmu mill-​qtil tagħhom,+ la mill-​prattiki spiritistiċi tagħhom,+ la miż-​żína tagħhom, u lanqas mis-​serq tagħhom.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “qerda.”
Bil-Grieg, “qerried.”
Jew, “għoxrin elf għal għaxart elef,” jiġifieri, 200,000,000.