Rivelazzjoni 8:1-13

8  U meta fetaħ+ is-​sebaʼ siġill,+ waqaʼ skiet fis-​sema għal madwar nofs siegħa.  U rajt lis-​sebaʼ anġli+ li kienu weqfin quddiem Alla, u lil dawn ngħatawlhom sebaʼ trumbetti.  U ġie anġlu ieħor u qagħad ħdejn l-​artal,+ u kellu inċensier tad-​deheb; u ngħatatlu kwantità kbira taʼ inċens+ biex joffrih mat-​talb tal-​qaddisin kollha fuq l-​artal tad-​deheb li kien hemm quddiem it-​tron.  U d-​duħħan taʼ l-​inċens telaʼ minn id l-​anġlu mat-​talb+ tal-​qaddisin quddiem Alla.  U minnufih l-​anġlu ħa l-​inċensier, u mlieh bi ftit min-​nar+ taʼ l-​artal u waddbu fuq l-​art.+ U kien hemm ragħad+ u ilħna u sajjetti+ u theżżiż taʼ l-​art.+  U s-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ+ trumbetti+ tħejjew biex idoqquhom.  U l-​ewwel wieħed daqq it-​trumbetta tiegħu. U kien hemm silġ u nar+ imħalltin bid-​demm, u twaddbu fuq l-​art; u terz mill-​art inħaraq,+ u terz mis-​siġar inħaraq, u l-​ħaxix aħdar+ kollu nħaraq.  U t-​tieni anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U xi ħaġa bħal muntanja+ kbira taqbad bin-​nar twaddbet fil-​baħar.+ U terz mill-​baħar sar demm;+  u miet terz mill-​ħlejjaq tal-​baħar li kellhom ir-​ruħ,*+ u tfarrak terz mid-​dgħajjes. 10  U t-​tielet anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U waqgħet mis-​sema kewkba kbira taqbad bħal torċa,+ u waqgħet fuq terz mix-​xmajjar u fuq l-​għejun taʼ l-​ilmijiet.+ 11  U isem il-​kewkba kien Absint. U terz mill-​ilmijiet inbidel f’absint, u ħafna mill-​bnedmin mietu minħabba l-​ilmijiet, għax dawn kienu saru morri.+ 12  U r-​rabaʼ anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U ntlaqat terz mix-​xemx u terz mill-​qamar u terz mill-​kwiekeb, sabiex terz minnhom jiddallam+ u l-​jum ma jkollux dawl għal terz+ minnu, u l-​lejl l-​istess. 13  U rajt, u smajt ajkla+ ttir f’nofs is-​sema+ u tgħid b’leħen għoli: “Gwaj, gwaj, gwaj+ għal dawk li jgħammru fuq l-​art minħabba l-​bqija tad-​daqq tat-​trumbetti tat-​tliet anġli li dalwaqt idoqqu t-​trumbetti tagħhom!”+

Noti taʼ taħt

Jew, “il-​ħajja.”