Rivelazzjoni 7:1-17

7  Wara dan rajt erbaʼ anġli+ weqfin fl-​erbaʼ rokniet taʼ l-​art, iżommu sew l-​erbat irjieħ+ taʼ l-​art, biex l-​ebda riħ ma jonfoħ fuq l-​art jew fuq il-​baħar jew fuq xi siġra.+  U rajt anġlu ieħor tielaʼ minn fejn titlaʼ x-​xemx,+ li kellu s-​siġill taʼ l-​Alla l-​ħaj;+ u għajjat b’leħen qawwi lill-​erbaʼ anġli li ngħatalhom li jagħmlu ħsara lill-​art u lill-​baħar,  u qalilhom: “Tagħmlux ħsara lill-​art jew lill-​baħar jew lis-​siġar, sakemm inkunu mmarkajna bis-​siġill+ lill-​ilsiera t’Alla tagħna fuq ġbinhom.”+  U smajt l-​għadd taʼ dawk li ġew immarkati bis-​siġill, mija u erbgħa u erbgħin elf,+ immarkati minn kull tribù+ taʼ wlied Israel:+  Mit-tribù taʼ Ġuda+ tnax-il elf immarkati; mit-tribù taʼ Ruben+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Gad+ tnax-il elf;  mit-tribù t’Aser+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Naftali+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Manasse+ tnax-il elf;  mit-tribù taʼ Simegħon+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Levi+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Issakar+ tnax-il elf;  mit-tribù taʼ Żebulun+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Ġużeppi+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Benjamin+ tnax-il elf immarkati bis-​siġill.+  Wara dan rajt, u, ara, folla kbira,+ li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha, minn kull ġens+ u tribù u poplu+ u lsien,+ weqfin quddiem it-​tron+ u quddiem il-​Ħaruf, lebsin ilbiesi bojod;+ u f’idejhom kellhom friegħi tal-​palm.+ 10  U bdew jgħajtu b’leħen qawwi u jgħidu: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron,+ u lill-​Ħaruf.”+ 11  U l-​anġli kollha+ kienu weqfin madwar it-​tron u l-​anzjani+ u l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin,+ u nxteħtu wiċċhom fl-​art quddiem it-​tron u taw qima lil Alla,+ 12  u qalu: “Amen! Il-​barka u l-​glorja u l-​għerf u r-​radd il-​ħajr u l-​unur u l-​qawwa+ u s-​saħħa jkunu lil Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Amen.”+ 13  Għaldaqstant, wieħed mill-​anzjani+ qalli: “Dawn li lebsin ilbiesi bojod,+ min huma u minfejn ġew?” 14  U minnufih għedtlu: “Sidi, int taf.” U qalli: “Dawn huma l-​uħud li ħarġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira,+ għax ħaslu l-​ilbiesi tagħhom u għamluhom bojod+ fid-​demm+ tal-​Ħaruf. 15  Huwa għalhekk li qegħdin quddiem+ it-​tron t’Alla; u qed jagħtuh servizz sagru+ lejl u nhar fit-​tempju tiegħu; u Dak li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron+ jifrex it-​tinda tiegħu+ fuqhom. 16  Qatt iktar m’huma se jkunu bil-​ġuħ jew bil-​għatx; lanqas tisreġ fuqhom ix-​xemx jew sħana tikwi,+ 17  għax il-​Ħaruf,+ li qiegħed ħdejn it-​tron, jirgħahom,+ u jiggwidahom lejn għejun taʼ l-​ilmijiet+ tal-​ħajja. U Alla jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.”+

Noti taʼ taħt