Rivelazzjoni 5:1-14

5  U fl-​id il-​leminija taʼ Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron+ rajt romblu miktub minn ġewwa u minn barra,+ siġillat+ tajjeb b’sebaʼ siġilli.  U rajt anġlu b’saħħtu jxandar b’leħen għoli: “Min jistħoqqlu jiftaħ ir-​romblu u jħoll is-​siġilli tiegħu?”  Imma la fis-​sema la fuq l-​art u lanqas taħt l-​art ma kien hemm min kien kapaċi jiftaħ ir-​romblu u jara x’fih.  U nfexxejt f’biki kbir għax ma nstab ħadd li kien jistħoqqlu jiftaħ ir-​romblu u jara x’fih.+  Imma wieħed mill-​anzjani qalli: “Tibqax tibki. Ara! L-​Iljun tat-​tribù taʼ Ġuda,+ l-​għerq+ taʼ David,+ rebaħ+ u jistaʼ jiftaħ ir-​romblu u s-​sebaʼ siġilli tiegħu.”  U wieqaf fin-​nofs ħdejn it-​tron+ u f’nofs l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-​anzjani+ rajt ħaruf+ li kien qisu ġie maqtul+ u li kellu sebat iqrun u sebaʼ għajnejn, u dawn l-​għajnejn ifissru s-​sebaʼ spirti+ t’Alla li ntbagħtu maʼ l-​art kollha.  U mar u minnufih ħadu mill-​id il-​leminija taʼ Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron.+  U meta ħa r-​romblu, l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ inxteħtu quddiem il-​Ħaruf, u kull wieħed kellu arpa+ u bwieqi tad-​deheb mimlijin inċens, u l-​inċens+ ifisser it-​talb+ tal-​qaddisin.  U kantaw għanja ġdida+ u qalu: “Int jistħoqqlok li tieħu r-​romblu u tiftaħ is-​siġilli tiegħu, għax qatluk u b’demmek+ xtrajt+ għal Alla+ bnedmin minn kull tribù u lsien u poplu u ġens, 10  u għamilthom saltna+ u qassisin+ għal Alla tagħna,+ u se jsaltnu+ għal fuq l-​art.” 11  U rajt, u smajt il-​leħen taʼ ħafna anġli li kienu madwar it-​tron u l-​ħlejjaq ħajjin u l-​anzjani, u l-​għadd tagħhom kien mirjadi taʼ mirjadi*+ u eluf t’eluf,+ 12  u qalu b’leħen għoli: “Il-​Ħaruf li nqatel+ jistħoqqlu li jirċievi l-​qawwa u r-​rikkezzi u l-​għerf u s-​saħħa u l-​unur u l-​glorja u l-​barka.”+ 13  U kull ħliqa fis-​sema u fuq l-​art u taħt l-​art+ u fuq il-​baħar, u kulma fihom, smajthom jgħidu: “Lil Dak li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron+ u lill-​Ħaruf+ ikunu l-​barka u l-​unur+ u l-​glorja+ u s-​setgħa għal dejjem taʼ dejjem.” 14  U l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin bdew jgħidu: “Amen!” u l-​anzjani+ nxteħtu jagħtu qima.+

Noti taʼ taħt

Jew, “għaxart elef għal għaxriet t’eluf.”