Rivelazzjoni 4:1-11

4  Ara! Wara dan rajt bieb miftuħ fis-​sema, u l-​ewwel leħen li smajt kien bħal taʼ trumbetta,+ ikellimni u jgħidli: “Itlaʼ hawn fuq,+ u nurik dak li jrid iseħħ.”+  Wara dan, minnufih sibt ruħi fil-​qawwa taʼ l-​ispirtu: u, ara, kien hemm tron+ f’postu fis-​sema,+ u fuq it-​tron kien hemm wieħed bil-​qiegħda.+  U d-​dehra+ taʼ dak li kien bil-​qiegħda kienet bħal ħaġra tad-​djaspru+ u ħaġra prezzjuża taʼ lewn aħmar, u madwar it-​tron kien hemm qawsalla+ li kienet tidher bħall-​iżmerald.+  U madwar it-​tron kien hemm erbgħa u għoxrin tron, u fuq dawn it-​tronijiet+ rajt erbgħa u għoxrin+ anzjan+ bil-​qiegħda lebsin ħwejjeġ bojod,+ u fuq rashom kellhom kuruni tad-​deheb.+  U mit-​tron kienu ħerġin sajjetti+ u ilħna u ragħad;+ u kien hemm sebaʼ msiebaħ+ bin-​nar jaqbad quddiem it-​tron; dawn ifissru s-​sebaʼ spirti+ t’Alla.  U quddiem it-​tron kien hemm qisu baħar+ tal-​ħġieġ bħall-​kristall. U fin-​nofs ħdejn it-​tron u madwar it-​tron kien hemm erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ mimlijin għajnejn quddiem u wara.  U l-​ewwel ħliqa ħajja kienet bħal iljun,+ u t-​tieni ħliqa ħajja kienet bħal għoġol,+ u t-​tielet ħliqa ħajja+ kellha wiċċ bħal taʼ bniedem, u r-​rabaʼ ħliqa ħajja+ kienet bħal ajkla ttir.+  U kull waħda mill-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ kellha sitt ġwienaħ+ li dawramejt u minn taħt kienu mimlijin għajnejn.+ U lejl u nhar bla mistrieħ kienu jgħidu: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Alla Ġeħova,+ li Jistaʼ Kollox,+ li kien u li hu+ u li ġej.”  U kulmeta l-​ħlejjaq ħajjin kienu jagħtu glorja u unur u radd il-​ħajr+ lil Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron,+ Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem,+ 10  l-erbgħa u għoxrin anzjan+ kienu jinxteħtu quddiem Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron u jagħtu qima+ lil Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem, u jitfgħu l-​kuruni tagħhom quddiem it-​tron, u jgħidu: 11  “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja+ u l-​unur+ u l-​qawwa,+ għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha,+ u bir-​rieda tiegħek+ eżistew u nħolqu.”+

Noti taʼ taħt