Rivelazzjoni 22:1-21

22  U wrieni xmara taʼ ilma tal-​ħajja,+ ċar daqs il-​kristall, ħierġa mit-​tron t’Alla u tal-​Ħaruf,+  u nieżla min-​nofs it-​triq il-​prinċipali tagħha. U fuq kull naħa tax-​xmara kien hemm siġar+ tal-​ħajja li jipproduċu l-​frott tnax-il darba fis-​sena, billi jagħtu l-​frott tagħhom kull xahar.+ U l-​weraq tas-​siġar kien għall-​fejqan tal-​ġnus.+  U ma jkunx hemm iktar saħta,+ imma fil-​belt ikun hemm it-​tron t’Alla+ u tal-​Ħaruf,+ u l-​ilsiera tiegħu jagħtuh servizz sagru;+  u jaraw wiċċu,+ u ismu jkun fuq ġbinhom.+  Ukoll, ma jkunx hemm iżjed lejl,+ u la jkollhom bżonn id-​dawl tal-​musbieħ u lanqas id-​dawl tax-​xemx, għax Alla Ġeħova jitfaʼ d-​dawl+ fuqhom, u jsaltnu għal dejjem taʼ dejjem.+  U qalli: “Dan il-​kliem hu żgur u veru;+ iva, Ġeħova l-​Alla taʼ l-​espressjonijiet imnebbħin+ tal-​profeti+ bagħat lill-​anġlu tiegħu biex juri lill-​ilsiera tiegħu dak li jrid iseħħ dalwaqt.+  U, ara! Jien ġej malajr.+ Hieni kulmin josserva kliem il-​profezija taʼ dan ir-​romblu.”+  Kont jien, Ġwanni, li smajt u rajt dawn l-​affarijiet. U wara li smajt u rajt, inxtħett inqim+ f’riġlejn l-​anġlu li wrieni dawn l-​affarijiet.  Imma qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk! Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li huma profeti+ u bħal dawk li qed josservaw il-​kliem taʼ dan ir-​romblu. Qim lil Alla.”+ 10  Qalli wkoll: “Tissiġillax il-​kliem tal-​profezija taʼ dan ir-​romblu, għax qorob iż-​żmien stabbilit.+ 11  Min mhux qed jagħmel is-​sewwa, ħa jkompli ma jagħmilx is-​sewwa;+ u min hu maħmuġ, ħa jkompli jitħammeġ;+ imma min hu sewwa,+ ħa jkompli jagħmel is-​sewwa, u min hu qaddis, ħa jkompli jitqaddes.+ 12  “‘Ara! Jien ġej malajr,+ u l-​ħlas+ li nagħti jkun miegħi, biex nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+ 13  Jien l-​Alfa u l-​Omega,*+ l-​ewwel u l-​aħħar,+ il-​bidu u t-​tmiem. 14  Henjin dawk li jaħslu lbieshom,+ biex ikollhom l-​awtorità li jmorru lejn is-​siġar tal-​ħajja+ u li jidħlu fil-​belt mill-​bibien tagħha.+ 15  Barra hemm il-​klieb+ u dawk li jipprattikaw l-​ispiritiżmu+ u ż-​żienja+ u l-​qattilin u l-​idolatri u kulmin iħobb jgħid il-​gideb.’+ 16  “‘Jien, Ġesù, bgħatt lill-​anġlu tiegħi biex jixhdilkom dwar dawn l-​affarijiet għall-​kongregazzjonijiet. Jien l-​għerq+ u n-​nisel+ taʼ David, u l-​kewkba tiddi taʼ fil-​għodu.’”+ 17  U l-​ispirtu+ u l-​għarusa+ jibqgħu jgħidu: “Ejja!” U kulmin jismaʼ ħa jgħid: “Ejja!”+ U kulmin hu bil-​għatx ħa jiġi;+ u kulmin jixtieq ħa jieħu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.+ 18  “Jien nixhed lil kulmin jismaʼ l-​kliem tal-​profezija taʼ dan ir-​romblu: Jekk xi ħadd iżid+ maʼ dawn l-​affarijiet, Alla jżidlu l-​kastigi+ li huma miktubin f’dan ir-​romblu; 19  u jekk xi ħadd ineħħi mill-​kliem tar-​romblu taʼ din il-​profezija, Alla jneħħilu sehmu mis-​siġar tal-​ħajja+ u mill-​belt il-​qaddisa+ li dwarhom hemm miktub f’dan ir-​romblu. 20  “Dak li jixhed dwar dawn l-​affarijiet jgħid, ‘Iva; jien ġej malajr.’”+ “Amen! Ejja, Mulej Ġesù.” 21  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun mal-​qaddisin.+

Noti taʼ taħt

Ara Ri 1:8, in-​nota taʼ taħt.