Rivelazzjoni 21:1-27

21  U rajt sema ġdid+ u art ġdida;+ għax is-​sema taʼ qabel+ u l-​art taʼ qabel+ kienu għaddew, u l-​baħar+ ma kienx għadu jeżisti.  Rajt ukoll il-​belt qaddisa,+ Ġerusalemm il-​Ġdida, nieżla mis-​sema+ mingħand Alla u mħejjija bħal għarusa+ mżejna għal żewġha.+  U smajt leħen għoli ġej mit-​tron u qal: “Ara! It-​tinda+ t’Alla hi mal-​bnedmin, u hu jgħammar+ magħhom, u huma jkunu l-​popli tiegħu.+ U Alla stess ikun magħhom.+  U jixxottalhom kull demgħa+ minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt,+ u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.+ L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”+  U Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron+ qal: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.”+ Qalli wkoll: “Ikteb, għax dan il-​kliem hu żgur u veru.”  U qalli: “Dan seħħ! Jien l-​Alfa u l-​Omega,* il-​bidu u t-​tmiem.+ Lil kulmin hu bil-​għatx nagħtih jixrob b’xejn mill-​għajn taʼ l-​ilma tal-​ħajja.+  Kulmin jirbaħ jiret dawn l-​affarijiet, u jien inkun Alla tiegħu+ u hu jkun ibni.+  Imma l-​beżżiegħa u dawk li m’għandhomx fidi+ u dawk li huma moqżieża fi ħmieġhom+ u l-​qattilin+ u ż-​żienja+ u dawk li jipprattikaw l-​ispiritiżmu u l-​idolatri+ u l-​giddibin kollha,+ sehemhom ikun fl-​għadira taqbad bin-​nar+ u l-​kubrit.+ Din tfisser it-​tieni mewt.”+  U ġie wieħed mis-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ bwieqi li kienu mimlijin bl-​aħħar sebaʼ kastigi+ u kellimni u qalli: “Ejja ’l hawn ħa nurik l-​għarusa, il-​mara tal-​Ħaruf.”+ 10  Għalhekk, ħadni bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu lejn muntanja kbira u għolja,+ u wrieni l-​belt il-​qaddisa,+ Ġerusalemm, nieżla mis-​sema mingħand Alla+ 11  u kellha l-​glorja t’Alla.+ Id-​dija tagħha kienet bħal ħaġra l-​iktar prezzjuża, bħal ħaġra tad-​djaspru tleqq daqs il-​kristall.+ 12  Kellha sur kbir+ u għoli u tnax-il bieb, u mal-​bibien kien hemm tnax-il anġlu, u kien hemm minquxin l-​ismijiet tat-​tnax-il tribù taʼ wlied Israel.+ 13  Fil-lvant kien hemm tliet bibien, u fit-​tramuntana tliet bibien, u fin-​nofsinhar tliet bibien, u fil-​punent tliet bibien.+ 14  Is-sur tal-​belt kellu wkoll tnax-il ġebla tal-​pedament,+ u fuqhom kien hemm it-​tnax-il isem tat-​tnax-il appostlu+ tal-​Ħaruf. 15  Issa dak li kien qed ikellimni kellu f’idu qasba tad-​deheb+ bħal riegla biex biha jkejjel il-​belt u l-​bibien u s-​sur tagħha.+ 16  U l-​belt kienet kwadra, u t-​tul tagħha kien daqs il-​wisaʼ tagħha. U kejjel il-​belt+ bil-​qasba, tnax-il elf stadju; it-​tul u l-​wisaʼ u l-​għoli tagħha kienu ndaqs. 17  Ukoll, kejjel is-​sur tagħha, mija u erbgħa u erbgħin kubitu, skond il-​kejl taʼ bniedem, fl-​istess ħin il-​kejl t’anġlu. 18  Issa s-​sur tagħha kien mibni bid-​djaspru,+ u l-​belt kienet deheb pur bħal ħġieġ ċar. 19  Il-pedamenti+ tas-​sur tal-​belt kienu mżejnin b’kull xorta taʼ ħaġar prezzjuż:+ l-​ewwel pedament kien djaspru,+ it-​tieni żaffir,+ it-​tielet kalċedonju, ir-​rabaʼ żmerald,+ 20  il-ħames sardoniċi, is-​sitta sardju, is-​sebaʼ krisolitu,+ it-​tmienja berill, id-​disaʼ topazju,+ l-​għaxar krisoprasu, il-​ħdax ġjaċint, it-​tnax ametist.+ 21  Ukoll, it-​tnax-il bieb kienu tnax-il perla; kull wieħed mill-​bibien kien magħmul minn perla waħda.+ U t-​triq il-​prinċipali tal-​belt kienet deheb pur, bħal ħġieġ trasparenti. 22  U fiha ma rajtx tempju,+ għax Alla Ġeħova+ li Jistaʼ Kollox+ kien it-​tempju tagħha,+ kif ukoll il-​Ħaruf.+ 23  U l-​belt la kellha bżonn ix-​xemx u lanqas il-​qamar biex jiddu fuqha, għax il-​glorja t’Alla dawlitha,+ u l-​musbieħ tagħha kien il-​Ħaruf.+ 24  U l-​ġnus jimxu fid-​dawl tagħha,+ u s-​slaten taʼ l-​art iġibu fiha l-​glorja tagħhom.+ 25  U l-​bibien tagħha ma jingħalqu xejn matul il-​jum,+ għax il-​lejl ma jkunx jeżisti hemmhekk.+ 26  U jġibu fiha l-​glorja u l-​unur tal-​ġnus.+ 27  Imma kulma hu mniġġes u kulmin jibqaʼ jagħmel affarijiet moqżieża+ u jgħid il-​gideb+ żgur ma jidħolx fiha;+ jidħlu biss dawk li huma miktubin fir-​romblu tal-​ħajja tal-​Ħaruf.+

Noti taʼ taħt

Ara Ri 1:8, in-​nota taʼ taħt.