Rivelazzjoni 20:1-15

20  U rajt anġlu nieżel mis-​sema bil-​muftieħ taʼ l-​abbiss+ u b’katina kbira f’idu.  U ħataf lid-​dragun,+ is-​serp oriġinali,+ li hu x-​Xitan+ u Satana,+ u rabtu għal elf sena.  U xeħtu fl-​abbiss,+ li mbagħad għalqu fih u ssiġillah, biex ma jqarraqx iktar bil-​ġnus sakemm jintemmu l-​elf sena. Wara dan ikollu jinħall għal ftit taż-​żmien.+  U rajt tronijiet,+ u kien hemm dawk li qagħdu bil-​qiegħda fuqhom, u ngħatatilhom il-​qawwa li jiġġudikaw.+ Iva, rajt l-​erwieħ taʼ dawk maqtulin bil-​mannara minħabba li xehdu dwar Ġesù u tkellmu dwar Alla, iva, dawk li la kienu qiemu lill-​bhima salvaġġa+ u lanqas lix-​xbieha tagħha+ u li ma kinux irċivew il-​marka fuq ġbinhom u fuq idhom.+ U ħadu l-​ħajja u saltnu+ mal-​Kristu għal elf sena.  (Il-bqija tal-​mejtin+ ma ħadux il-​ħajja qabel ma ntemmew l-​elf sena.)+ Dan hu l-​ewwel+ irxoxt.  Hieni+ u qaddis+ hu min għandu sehem mill-​ewwel irxoxt; fuq dawn it-​tieni mewt+ m’għandhiex awtorità,+ imma jkunu qassisin+ t’Alla u tal-​Kristu, u jsaltnu miegħu għall-​elf sena.+  Issa malli jintemmu l-​elf sena, Satana jinħall mill-​ħabs tiegħu,  u joħroġ biex iqarraq b’dawk il-​ġnus fl-​erbaʼ rokniet taʼ l-​art, Gog u Magog, biex jiġborhom għall-​gwerra. L-​għadd tagħhom hu bħar-​ramel tal-​baħar.+  U avanzaw mal-​wisaʼ kollha taʼ l-​art u dawru l-​kamp tal-​qaddisin+ u l-​belt maħbuba.+ Imma niżel nar mis-​sema u belagħhom.+ 10  U x-​Xitan+ li kien qed iqarraq bihom ġie mixħut fl-​għadira tan-​nar u l-​kubrit, fejn kien hemm diġà l-​bhima salvaġġa+ u l-​profeta falz;+ u jiġu turmentati lejl u nhar għal dejjem taʼ dejjem. 11  U rajt tron kbir abjad u lil dak li kien bil-​qiegħda fuqu.+ Minn quddiemu ħarbu l-​art u s-​sema,+ u ma nstabx post għalihom. 12  U rajt il-​mejtin, il-​kbar u ż-​żgħar,+ weqfin quddiem it-​tron, u nfetħu r-​rombli. U nfetaħ romblu ieħor, ir-​romblu tal-​ħajja.+ U l-​mejtin ġew ġudikati fuq dak li kien miktub fir-​rombli skond l-​għemejjel tagħhom.+ 13  U l-​baħar radd il-​mejtin li kienu fih, u l-​mewt u l-​Qabar* raddew il-​mejtin+ li kienu fihom, u ġew ġudikati individwalment skond l-​għemejjel tagħhom.+ 14  U l-​mewt+ u l-​Qabar ġew mixħutin fl-​għadira tan-​nar. Din tfisser it-​tieni mewt,+ l-​għadira tan-​nar.+ 15  Iktar minn hekk, kulmin ma nstabx miktub fil-​ktieb tal-​ħajja+ ġie mixħut fl-​għadira tan-​nar.+

Noti taʼ taħt

Bil-Grieg, “Ħades.” F’vers 14 ukoll. Ara Appendiċi 4.