Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Rivelazzjoni 2:1-29

2  “Lill-anġlu+ tal-kongregazzjoni f’Efesu+ iktiblu: Dan jgħid dak li jżomm is-sebaʼ kwiekeb+ f’idu l-leminija, li jimxi f’nofs is-sebaʼ gandlieri tad-deheb,+  ‘Naf l-għemejjel tiegħek,+ u t-taħbit u s-sabar tiegħek, u li ma ġġerragħhomx lill-ħżiena, u li tgħarbel+ lil dawk li jgħidu li huma appostli,+ imma m’humiex, u sibt li huma giddibin.  Ukoll, qed turi s-sabar,+ u ssaportejt minħabba ismi+ u m’għejejtx.+  Madankollu, għandi dan kontrik, li int tlaqt l-imħabba li kellek fil-bidu.+  “‘Għalhekk, ftakar minn xiex waqajt, u indem+ u agħmel l-għemejjel li kont tagħmel qabel. Jekk ma tagħmilx dan, niġi għandek+ u nneħħi l-gandlier tiegħek+ minn postu, jekk ma tindimx.  Imma int għandek dan, li tobgħod+ l-għemejjel tas-setta taʼ Nikola,+ li jien ukoll nobgħod.  Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet: Lil min jirbaħ+ nagħtih jiekol mis-siġra tal-ħajja,+ li qiegħda fil-ġenna t’Alla.’  “U lill-anġlu+ tal-kongregazzjoni fi Żmirna iktiblu: Dan jgħid ‘l-Ewwel u l-Aħħar,’+ li kien mejjet u reġaʼ ħa l-ħajja,+  ‘Naf it-tribulazzjoni u l-faqar tiegħek—imma int sinjur+—u d-dagħwa taʼ dawk li jgħidu li huma Lhud,+ u m’humiex, iżda huma sinagoga taʼ Satana.+ 10  Tibżax minn dak li se ssofri dalwaqt.+ Ara! Ix-Xitan+ jibqaʼ jixħet lil xi wħud minnkom il-ħabs sabiex tiġu provati bis-sħiħ,+ u sabiex ikollkom tribulazzjoni+ għal għaxart ijiem. Agħti prova tal-fedeltà tiegħek sal-mewt,+ u nagħtik il-kuruna tal-ħajja.+ 11  Min għandu widnejn ħa jismaʼ+ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet: Min jirbaħ+ żgur ma ssirlux ħsara mit-tieni mewt.’+ 12  “U lill-anġlu tal-kongregazzjoni f’Pergamu iktiblu: Dan jgħid dak li għandu x-xabla b’żewġt ixfar, twila u taqtaʼ,+ 13  ‘Naf fejn qed tgħammar, jiġifieri, fejn hemm it-tron taʼ Satana; iżda qed tibqaʼ żżomm sod maʼ ismi,+ u ma ċħadtx il-fidi tiegħek fija+ saħansitra fi żmien Antipa, ix-xhud tiegħi+ li wera l-fedeltà u nqatel+ ħdejkom, fejn qed jgħammar Satana. 14  “‘Minkejja dan, għandi xi ftit affarijiet kontrik, li hemmhekk għandek min iżomm sod mat-tagħlim taʼ Balgħam,+ li beda jgħallem lil Balak+ kif iqiegħed tfixkil quddiem ulied Israel, biex dawn jieklu affarijiet sagrifikati lill-idoli u jagħmlu ż-żína.+ 15  Għandek ukoll lil min bl-istess mod iżomm sod mat-tagħlim tas-setta taʼ Nikola.+ 16  Għalhekk, indem.+ Jekk ma tindimx, niġi għandek malajr, u niġġildilhom+ bix-xabla twila taʼ fommi.+ 17  “‘Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu lill-kongregazzjonijiet:+ Lil min jirbaħ+ nagħtih ftit mill-manna l-moħbija,+ u nagħtih ċagħqa bajda, u fuq iċ-ċagħqa isem ġdid+ miktub li ħadd ma jkun jafu ħlief min jirċivih.’+ 18  “U lill-anġlu tal-kongregazzjoni fi Tjatira+ iktiblu: Dan jgħid l-Iben+ t’Alla, li għandu għajnejh bħal fjamma nar,+ u saqajh bħal ram aħmar pur,+ 19  ‘Naf l-għemejjel tiegħek, u l-imħabba+ u l-fidi u l-ministeru u s-sabar tiegħek, u li l-għemejjel tiegħek+ taʼ dan l-aħħar huma iktar kotrana minn dawk taʼ qabel.+ 20  “‘Minkejja dan, għandi dan kontrik, li int tittollera lil dik il-mara Ġeżabel,+ li ssejjaħ lilha nfisha profetessa, u tgħallem+ lill-ilsiera tiegħi+ u tqarraq bihom biex jagħmlu ż-żína+ u jieklu affarijiet sagrifikati lill-idoli.+ 21  U jien tajtha żmien biex tindem,+ imma ma tridx tindem miż-żína tagħha.+ 22  Ara! Dalwaqt nixħitha f’qiegħ taʼ sodda, u lil dawk li jagħmlu adulterju magħha nixħithom fi tribulazzjoni kbira, jekk ma jindmux mill-għemejjel tagħha. 23  U lil uliedha noqtolhom b’mard li jġib il-mewt, sabiex il-kongregazzjonijiet kollha jkunu jafu li jien hu dak li jgħarbel il-kliewi u l-qlub, u nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+ 24  “‘Madankollu, ngħid lill-oħrajn fostkom li qegħdin fi Tjatira, kulmin m’għandux dan it-tagħlim, dawk li ma sarux jafu l-“affarijiet profondi taʼ Satana,”+ bħalma jgħidu huma: Ma nqiegħed ebda piż ieħor fuqkom.+ 25  Xorta waħda, sakemm niġi żommu sod dak li għandkom.+ 26  U lil min jirbaħ u josserva l-għemejjel tiegħi sat-tmiem+ nagħtih l-awtorità fuq il-ġnus,+ 27  u jirgħa lin-nies b’xettru tal-ħadid+ sabiex jitkissru biċċiet bħal reċipjenti tal-fuħħar,+ bħalma jien irċivejt l-awtorità mingħand Missieri, 28  u nagħtih il-kewkba taʼ fil-għodu.+ 29  Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet.’+

Noti taʼ taħt