Rivelazzjoni 19:1-21

19  Wara dan smajt bħal leħen għoli taʼ folla kbira fis-​sema.+ Qalu: “Faħħru lil Jah!*+ Is-​salvazzjoni+ u l-​glorja u l-​qawwa huma t’Alla tagħna,+  għax il-​ġudizzji tiegħu huma veri u ġusti.+ Għax għamel ġudizzju mill-​prostituta l-​kbira li ħassret l-​art biż-​żína tagħha, u vvendika ruħu minnha għad-​demm taʼ l-​ilsiera tiegħu.”+  U minnufih qalu għat-​tieni darba: “Faħħru lil Jah!+ Iva, id-​duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ għal dejjem taʼ dejjem.”+  U l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ u l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ inxteħtu jagħtu qima lil Alla li qiegħed bil-​qiegħda+ fuq it-​tron, u qalu: “Amen! Faħħru lil Jah!”+  Ukoll, ħareġ leħen mit-​tron u qal: “Faħħru lil Alla tagħna, intom l-​ilsiera kollha tiegħu,+ li tibżgħu minnu, kemm żgħar u kemm kbar.”+  U smajt bħal leħen taʼ folla kbira u bħal ħoss taʼ ħafna ilmijiet u bħal ħoss taʼ ragħad qawwi. Qalu: “Faħħru lil Jah,+ għax Ġeħova Alla tagħna, li Jistaʼ Kollox,+ beda jsaltan.+  Ħa nithennew u nifirħu bil-​kbir, u ħa nagħtuh il-​glorja,+ għax wasal+ iż-​żwieġ+ tal-​Ħaruf, u martu ħejjiet ruħha.+  Iva, ngħatalha li tiżżejjen b’għażel fin, nadif, u jiddi, għax l-​għażel fin jirrappreżenta l-​atti ġusti tal-​qaddisin.”+  U qalli: “Ikteb: Henjin dawk li huma mistidnin+ għall-​ikla taʼ fil-​għaxija taż-​żwieġ tal-​Ħaruf.”+ Ukoll, qalli: “Dan il-​kliem t’Alla hu veru.”+ 10  Għal dan inxtħett f’riġlejh biex inqimu.+ Iżda qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk!+ Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-​xogħol li jagħtu xiehda dwar Ġesù.+ Qim lil Alla;+ għax l-​għoti taʼ xiehda dwar Ġesù hu li jnebbaħ l-​ipprofetizzar.”+ 11  U rajt is-​sema jinfetaħ, u, ara, żiemel abjad.+ U dak li kien riekeb fuqu kien jismu Leali*+ u Veru,+ u kien jiġġudika u jiggwerra bil-​ġustizzja.+ 12  Għajnejh fjamma nar,+ u fuq rasu kien hemm ħafna dijademi.+ Kellu isem+ miktub li ħadd ħliefu ma kien jafu, 13  u kien imżejjen b’mantar imraxxax bid-​demm,+ u ismu kien Il-​Kelma+ t’Alla. 14  Ukoll, l-​armati li kienu fis-​sema marru warajh fuq żwiemel bojod, u kienu lebsin għażel fin, abjad, u nadif. 15  U minn fommu kienet ħierġa xabla twila li taqtaʼ,+ biex bih jidrob lill-​ġnus, u jirgħahom b’xettru tal-​ħadid.+ Għasar ukoll il-​magħsar taʼ l-​inbid+ tar-​rabja tal-​korla t’Alla+ li Jistaʼ Kollox. 16  U fuq il-​mantar tiegħu, iva, fuq koxxtu, kellu isem miktub, Sultan tas-​slaten u Sid tas-​sidien.+ 17  U rajt ukoll anġlu wieqaf fix-​xemx, u għajjat b’leħen għoli u qal lill-​għasafar+ kollha li jtiru f’nofs is-​sema: “Ejjew ’l hawn, inġabru għall-​ikla l-​kbira taʼ fil-​għaxija t’Alla, 18  biex tieklu l-​laħam+ tas-​slaten u l-​laħam tal-​kmandanti militari u l-​laħam tan-​nies b’saħħithom+ u l-​laħam taż-​żwiemel+ u tar-​rikkieba tagħhom, u l-​laħam taʼ kulħadd, tal-​ħielsa u taʼ l-​ilsiera, taż-​żgħar u tal-​kbar.” 19  U rajt il-​bhima salvaġġa+ u s-​slaten+ taʼ l-​art u l-​armati tagħhom miġburin biex jiggwerraw+ kontra dak li kien riekeb fuq iż-​żiemel+ u kontra l-​armata tiegħu. 20  U l-​bhima salvaġġa+ nqabdet, u magħha nqabad ukoll il-​profeta falz+ li kien iwettaq quddiemha s-​sinjali+ li bihom qarraq lil dawk li rċivew il-​marka+ tal-​bhima salvaġġa u lil dawk li jagħtu qima lix-​xbieha tagħha.+ Waqt li kienu għadhom ħajjin, xeħtuhom it-​tnejn fl-​għadira tan-​nar jaqbad bil-​kubrit.+ 21  Imma l-​bqija nqatlu bix-​xabla twila taʼ dak li kien riekeb fuq iż-​żiemel,+ ix-​xabla li kienet ħierġa minn fommu.+ U l-​għasafar+ kollha mtlew+ b’laħamhom.+

Noti taʼ taħt

Jew, “Ħallelujah.” Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “Fidil.”