Rivelazzjoni 18:1-24

18  Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-​sema, b’awtorità kbira;+ u l-​art iddawlet bil-​glorja tiegħu.+  U għajjat b’leħen qawwi+ u qal: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja l-​Kbira,+ u saret post fejn jgħammru d-​demonji u moħba għal kull nifs+ mhux nadif u moħba għal kull tajra mhix nadifa u mibgħuda!+  Għax minħabba l-​inbid tar-​rabja, l-​inbid taż-​żína tagħha, il-​ġnus kollha sfaw vittmi,+ u s-​slaten taʼ l-​art żnew+ magħha u l-​merkanti taʼ l-​art li jivvjaġġaw+ stagħnew minħabba l-​qawwa tal-​lussu li għexet fih bla mistħija.”+  U smajt leħen ieħor mis-​sema jgħid: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi,+ jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha,+ u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha.  Għax dnubietha nġemgħu u għolew sas-​sema,+ u Alla ftakar fl-​atti taʼ inġustizzja tagħha.+  Roddulha saħansitra bħalma raddet hi,+ u agħmlulha d-​doppju, iva, id-​doppju taʼ dak li għamlet;+ fil-​kies+ li ħalltet fih ħalltulha+ d-​doppju.+  Daqskemm igglorifikat lilha nfisha u għexet f’lussu bla mistħija, daqshekk ieħor agħtuha turment u niket.+ Għax f’qalbha qed tgħid, ‘Jien qiegħda bil-​qiegħda bħala sultana,+ u m’iniex armla,+ u qatt ma se nara niket.’+  Huwa għalhekk li f’jum wieħed jiġu l-​kastigi tagħha,+ mewt, niket, u ġuħ, u tinħaraq għalkollox bin-​nar,+ għax Alla Ġeħova, li ġġudikaha, hu b’saħħtu.+  “U s-​slaten+ taʼ l-​art li żnew magħha u għexu f’lussu bla mistħija se jibku u jħabbtu fuq sidirhom bin-​niket għaliha,+ meta jaraw id-​duħħan+ tal-​ħruq tagħha, 10  waqt li joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-​turment tagħha u jgħidu,+ ‘Jaħasra, jaħasra, il-​belt il-​kbira,+ Babilonja, il-​belt b’saħħitha, għax f’siegħa waħda wasal il-​ġudizzju tiegħek!’+ 11  “Ukoll, il-​merkanti taʼ l-​art li jivvjaġġaw+ qed jibku u jitnikktu għaliha,+ għax m’għadx hemm min jixtri l-​merkanzija kollha tagħhom, 12  il-merkanzija+ kollha taʼ deheb u fidda u ħaġar prezzjuż u perli u għażel fin u porpra u ħarir u skarlat; u kull ħaġa magħmula minn injam aromatiku u kull xorta taʼ oġġett taʼ l-​avorju u kull xorta taʼ oġġett magħmul mill-​iktar injam prezzjuż u mir-​ram aħmar u mill-​ħadid u mill-​irħam;+ 13  ukoll kannella u ħwawar mill-​Indja u inċens u żejt ifuħ u inċens abjad u nbid u żejt taż-​żebbuġa u dqiq fin u qamħ u baqar u nagħaġ, u żwiemel u karozzelli u lsiera u erwieħ umani.+ 14  Iva, il-​frott mill-​aqwa li xtaqet ruħek tbiegħed minnek,+ u l-​ħlewwa kollha u l-​ġmiel kollu għabu mingħandek, u n-​nies qatt iżjed ma jsibuhom.+ 15  “Il-​merkanti li jivvjaġġaw+ u li jbigħu dawn l-​affarijiet u li stagħnew minn fuqha se joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-​turment tagħha u jibku u jitnikktu+ 16  u jgħidu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-​belt il-​kbira,+ liebsa l-​għażel fin u l-​porpra u l-​iskarlat, u mżejna b’abbundanza t’ornamenti tad-​deheb u ħaġar prezzjuż u perli,+ 17  għax f’siegħa waħda saru ħerba dawn ir-​rikkezzi kollha!’+ “U kull kaptan taʼ bastiment u kull bniedem li jsiefer,+ u baħrin u dawk kollha li jaqilgħu x’jieklu mill-​baħar, qagħdu ’l bogħod+ 18  u, waqt li ħarsu lejn id-​duħħan tal-​ħruq tagħha, għajtu u qalu, ‘Liema belt hi bħall-​belt il-​kbira?’+ 19  U xeħtu t-​trab fuq rashom+ u, waqt li bkew u tnikktu,+ għajtu u qalu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-​belt il-​kbira, li fiha dawk kollha li kellhom iġfna fil-​baħar+ stagħnew+ bis-​saħħa taʼ ġidha, għax f’siegħa waħda saret ħerba!’+ 20  “Ifraħ minħabba fiha, O sema,+ u anki intom il-​qaddisin+ u intom l-​appostli+ u intom il-​profeti, għax Alla għamel ġudizzju minnha u taha l-​kastig minħabba fikom!”+ 21  U anġlu b’saħħtu refaʼ ġebla bħal ġebla kbira+ taʼ mitħna u xeħitha fil-​baħar+ u qal: “Hekk, bil-​ħeffa se tinxteħet għal isfel Babilonja, il-​belt il-​kbira, u qatt iktar ma terġaʼ tinstab.+ 22  U qatt iżjed+ ma jinstemaʼ fik il-​ħoss tal-​kantanti li jakkumpanjaw lilhom infushom fuq l-​arpa u tal-​mużiċisti u tal-​flawtisti u tat-​trumbettieri, u ebda bniedem taʼ xi sengħa ma jerġaʼ jinstab fik, u ebda ħoss taʼ mitħna titħan ma jerġaʼ jinstemaʼ fik, 23  u ebda dawl taʼ musbieħ ma jerġaʼ jiddi fik, u ebda leħen t’għarus u t’għarusa ma jerġaʼ jinstemaʼ fik;+ għax il-​merkanti tiegħek li jivvjaġġaw+ kienu l-​kbarat taʼ l-​art,+ għax il-​ġnus kollha ġew imqarrqin bil-​prattika spiritistika tiegħek.+ 24  Iva, fiha nstab id-​demm+ tal-​profeti+ u tal-​qaddisin+ u taʼ dawk kollha li nqatlu fuq l-​art.”+

Noti taʼ taħt