Rivelazzjoni 17:1-18

17  U wieħed mis-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ bwieqi+ ġie jkellimni u qalli: “Ejja ħa nurik il-​ġudizzju fuq il-​prostituta l-​kbira+ li qiegħda bil-​qiegħda fuq ħafna ilmijiet+  u li żnew magħha s-​slaten taʼ l-​art,+ waqt li dawk li jabitaw fuq l-​art sikru bl-​inbid taż-​żína tagħha.”+  U ħadni f’xagħri bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu.+ U lmaħt mara bil-​qiegħda fuq bhima salvaġġa+ lewn l-​iskarlat li kienet mimlija ismijiet midgħija+ u li kellha sebat irjus+ u għaxart iqrun.  U l-​mara kienet imdandna bil-​porpra+ u l-​iskarlat+ u mżejna bid-​deheb u l-​ħaġar prezzjuż u l-​perli+ u f’idha kellha kies tad-​deheb+ li kien mimli bil-​qżiżijiet+ u l-​ħmieġ taż-​żína tagħha.+  U fuq ġbinha kien hemm miktub isem, misteru:+ “Babilonja l-​Kbira, omm il-​prostituti+ u l-​qżiżijiet taʼ l-​art.”+  U rajt li l-​mara kienet fis-​sakra bid-​demm+ tal-​qaddisin u bid-​demm tax-​xhieda taʼ Ġesù.+ U x’ħin ilmaħtha stagħġibt bi stagħġib kbir.+  Għalhekk, l-​anġlu qalli: “Għala stagħġibt? Ħa ngħidlek il-​misteru tal-​mara+ u tal-​bhima salvaġġa li qed iġġorrha u li għandha s-​sebat irjus u l-​għaxart iqrun:+  Il-bhima salvaġġa li rajt kienet,+ imma m’hijiex, u madankollu waslet biex titlaʼ mill-​abbiss,+ u għandha l-​qerda tistennieha. U meta jaraw kif il-​bhima salvaġġa kienet, imma m’hijiex, u madankollu tkun preżenti, dawk li jgħammru fuq l-​art jistagħġbu b’ammirazzjoni, imma isimhom ma nkitibx fir-​romblu tal-​ħajja+ sa mit-​tisjis tad-​dinja.+  “Hawn tidħol l-​intelliġenza flimkien maʼ l-​għerf:+ Is-​sebat irjus+ ifissru sebaʼ muntanji,+ li fuqhom qiegħda bil-​qiegħda l-​mara. 10  U hemm sebaʼ slaten: ħamsa waqgħu,+ wieħed qiegħed hawn,+ u l-​ieħor għadu ma wasalx,+ imma meta jasal irid jibqaʼ għal żmien qasir.+ 11  U l-​bhima salvaġġa li kienet imma m’hijiex,+ hi stess hija sultan ieħor, it-​tmien wieħed, imma toħroġ mis-​sebgħa, u sejra għall-​qerda. 12  “U l-​għaxart iqrun li rajt ifissru għaxar slaten,+ li għadhom ma rċivewx saltna, imma jirċievu l-​awtorità bħala slaten għal siegħa waħda mal-​bhima salvaġġa. 13  Dawn għandhom ħsieb wieħed, u għalhekk jagħtu l-​qawwa u l-​awtorità tagħhom lill-​bhima salvaġġa.+ 14  Dawn jitqabdu mal-​Ħaruf,+ imma, peress li hu Sid tas-​sidien u Sultan tas-​slaten,+ il-​Ħaruf jirbħilhom.+ Anki dawk li huma msejħin u magħżulin u leali miegħu jirbħulhom.”+ 15  U qalli: “L-​ilmijiet li rajt, fejn qiegħda bil-​qiegħda l-​prostituta, ifissru popli u folol u ġnus u ilsna.+ 16  U l-​għaxart iqrun+ li rajt, u l-​bhima salvaġġa,+ dawn se jobogħdu lill-​prostituta+ u jħarbtuha u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha u jaħarquha għalkollox bin-​nar.+ 17  Għax Alla daħħlilhom fi qlubhom li jwettqu l-​ħsieb tiegħu,+ saħansitra li jwettqu l-​ħsieb wieħed tagħhom billi jagħtu s-​saltna tagħhom lill-​bhima salvaġġa,+ sakemm ikun twettaq il-​kliem t’Alla.+ 18  U l-​mara+ li rajt tfisser il-​belt il-​kbira li għandha saltna fuq is-​slaten taʼ l-​art.”+

Noti taʼ taħt