Rivelazzjoni 16:1-21

16  U smajt leħen għoli+ ġej mis-​santwarju jgħid lis-​sebaʼ anġli: “Morru u ferrgħu s-​sebaʼ bwieqi tar-​rabja+ t’Alla fuq l-​art.”  U l-​ewwel wieħed+ telaq u ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq l-​art.+ U pjaga+ taʼ wġigħ u bla fejqan ġiet fuq il-​bnedmin li kellhom il-​marka tal-​bhima salvaġġa+ u li kienu qed iqimu x-​xbieha tagħha.+  U t-​tieni wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq il-​baħar.+ U dan sar demm+ bħal taʼ bniedem mejjet, u mietet kull ruħ ħajja, iva, dak li kien hemm fil-​baħar.+  U t-​tielet wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xmajjar+ u l-​għejun taʼ l-​ilmijiet. U dawn saru demm.+  U smajt l-​anġlu li kien fuq l-​ilmijiet jgħid: “Int, Dak li hu u li kien,+ il-​Leali,+ int ġust, għax ħadt dawn id-​deċiżjonijiet,+  għax huma xerrdu d-​demm tal-​qaddisin u tal-​profeti,+ u int tajthom demm+ x’jixorbu. Hekk ħaqqhom.”+  U smajt l-​artal jgħid: “Iva, Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ veri u ġusti huma d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.”+  U r-​rabaʼ wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xemx; u x-​xemx ngħatalha li tikwi+ lill-​bnedmin bin-​nar.  U l-​bnedmin inkwew bi sħana kbira, imma dgħaw bl-​isem+ t’Alla, li għandu l-​awtorità+ fuq dawn il-​kastigi, u ma nidmux sabiex jagħtuh glorja.+ 10  U l-​ħames wieħed ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq it-​tron tal-​bhima salvaġġa.+ U saltnatha ddallmet,+ u bdew jigdmu lsienhom bl-​uġigħ, 11  imma huma dgħaw+ bl-​Alla tas-​sema minħabba l-​uġigħ u l-​pjagi tagħhom, u ma nidmux minn għemilhom. 12  U s-​sitt wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xmara l-​kbira Ewfrat,+ u l-​ilma tagħha nixef,+ sabiex titħejja t-​triq għas-​slaten+ li jiġu minn tlugħ ix-​xemx. 13  U rajt tliet espressjonijiet imnebbħin,+ li ma kinux nodfa u li kienu qishom żrinġijiet,+ ħerġin minn ħalq id-​dragun+ u minn ħalq il-​bhima salvaġġa+ u minn ħalq il-​profeta falz.+ 14  Fil-fatt, dawn huma espressjonijiet imnebbħin+ mid-​demonji u jwettqu sinjali+ u jmorru għand is-​slaten+ taʼ l-​art abitata kollha,+ biex jiġbruhom flimkien għall-​gwerra+ tal-​jum il-​kbir+ t’Alla li Jistaʼ Kollox.+ 15  “Ara! Jien ġej bħal ħalliel.+ Hieni min jibqaʼ mqajjem+ u jżomm ħwejġu, sabiex ma jimxix għarwien u n-​nies jaraw l-​għajb tiegħu.”+ 16  U ġabruhom flimkien lejn il-​post li bl-​Ebrajk jissejjaħ Ħar–Magedon.*+ 17  U s-​sebaʼ wieħed ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq l-​arja.+ Għal dan, mis-​santwarju ħareġ leħen għoli+ ġej mit-​tron, u qal: “Dan seħħ!” 18  U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad, u sar terremot kbir+ li bħalu qatt ma sar minn mindu l-​bniedem beda jeżisti fuq l-​art,+ terremot tassew mifrux,+ tassew kbir. 19  U l-​belt il-​kbira+ nqasmet fi tliet partijiet, u l-​bliet tal-​ġnus waqgħu; u Babilonja l-​Kbira+ ġiet miftakra quddiem Alla, sabiex jagħtiha l-​kies taʼ l-​inbid tar-​rabja tal-​korla tiegħu.+ 20  Ukoll, kull gżira ħarbet, u ma nstabux muntanji.+ 21  U silġ oħxon+ b’kull silġa tiżen madwar talent niżel mis-​sema fuq il-​bnedmin, u l-​bnedmin dgħaw+ b’Alla minħabba l-​kastig tas-​silġ,+ għax il-​kastig kien kbir b’mod mhux tas-​soltu.

Noti taʼ taħt

Jew, “Armageddon.” Bl-​Ebrajk, “Muntanja taʼ Megiddo.”